Saħħa mentali

Il-politika

Minbarra l-benefiċċji ovvji għall-individwi, saħħa mentali tajba hi dejjem aktar importanti għat-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp soċjali fl-Ewropa. Dawn huma kollha miri ewlenin tal-politika tal-UE.

Azzjoni dwar is-saħħa mentali

Is-saħħa mentali hi indirizzata fuq għadd ta' livelli:

Konsultazzjoni tal-UE

F'Novembru 2005, il-Kummissjoni ppubblikat Green Paper - Il-Promozzjoni tas-Saħħa Mentali fil-Popolazzjoni . Lejn strateġija dwar is-saħħa mentali għall-UE  bħala l-ewwel tweġiba għad-dikjarazzjoni dwar is-saħħa mentali għall-Ewropa tal-WHO.

L-għan ta' din il-green paper kien biex jinbeda dibattitu ma' atturi rilevanti fuq firxa wiesa'.

Patt Ewropew għas-saħħa mentali

Bħala segwitu għall-Green Paper, konferenza dwar is-saħħa mentali fl-UE  fit-13 ta' Ġunju 2008 nidiet il-Patt Ewropew għas-saħħa mentali u l-benessri .

Il-pajjiżi parteċipanti, organizzazzjonijiet u partijiet interessati huma mistiedna jagħmlu dikjarazzjoni ta' appoġġ għall-patt .

Implimentazzjoni tal-patt għas-saħħa mentali

Il-mod ewlieni li bih se jkun implimentat il-patt hu permezz ta' konferenzi dwar il-5 prijoritajiet .

Ir-riżultati tanġibbli ta' dawn il-prijoritajiet se jkunu kkomunikati permezz ta' EU Compass għal azzjoni dwar is-saħħa mentali u l-benessri .

Sabiex jiġi implimentat il-patt il-Kummissjoni qed taħdem mal-Istati Membri permezz ta' grupp ta' esperti governattivi dwar is-saħħa mentali u l-benessri .

Fl-2013, tnediet l-Azzjoni Konġunta tas-Saħħa Mentali u l-Benessri b'appoġġ finanzjarju mill-Programm tas-Saħħa tal-UE.