Il-proċess ta’ riflessjoni dwar il-mard kroniku

Il-metodu tal-UE quddiem l-isfida tal-mard kroniku jeħtieġ rispons integrat li jiffoka fuq il-fatturi ta’ riskju bejn is-setturi u l-oqsma kollha ta’ politika, u fuq il-prevenzjoni, flimkien ma’ sforzi biex jissaħħu s-sistemi tas-saħħa.

Il-gvernijiet nazzjonali f'laqgħa fil-Kunsill stiednu lill-pajjiżi tal-UE u lill-Kummissjoni Ewropea biex:

  • jibdew proċess ta’ riflessjoni dwar il-mard kroniku, biex jidentifikaw modi kif jittejbu r-rispons għall-mard kroniku u l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE
  • imexxu dan il-proċess ta’ riflessjoni fi djalogu mill-qrib mal-partijiet interessati rilevanti, inklużi pazjenti, professjonisti, kontribwenti tal-kura tas-saħħa u fornituri
  • iqisu s-saħħa-e u l-kontribuzzjoni potenzjali ta’ oqsma oħra ta’ politika, b’mod partikolari l-impjiegi, id-diżabbiltà, l-edukazzjoni u d-djar.

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill – metodi innovattivi għall-mard kronikupdf (7 ta’ Diċembru 2010)

Passi meħuda

Rapport interim Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) identifika 2 prijoritajiet ewlenin għal azzjoni tal-UE dwar il-mard kroniku:

•il-prevenzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa
•il-ġestjoni tal-mard b’enfasi fuq l-għoti ta’ setgħat lill-pazjenti.

Ix-xogħol imwettaq minn din il-bażi ġie mqassar f’rapport finali Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) .

Segwitu

Skont il-Programm tas-Saħħa tal-2013, ġiet imnedija azzjoni konġunta mal-pajjiżi tal-UE li tindirizza l-mard kroniku u tippromwovi anzjanità b’saħħitha tul il-ħajjapdf

L-azzjoni konġunta tindirizza l-isfida ta’ piż akbar li kundizzjonijiet u mard kroniċi jpoġġu fuq is-sistemi tas-saħħa u l-individwi fl-Ewropa, b’attenzjoni speċifika fuq il-multimorbożità (il-koeżistenza ta’ żewġ mardiet kroniċi jew aktar f’persuna waħda). L-għanijiet prinċipali huma:

  • ippjanar fl-Ewropa kollha ta' azzjonijiet innovattivi ġodda f’midja soċjali, xjenza komportamentali u teknoloġiji ġodda, kif ukoll azzjonijiet aktar tradizzjonali dwar il-fatturi ta’ riskju
  • eżami tal-ostakli għall-użu fil-prevenzjoni, skrinjar immirat ta’ gruppi fir-riskju, u t-trattament ta’ mard kroniku ewlieni (bl-użu tad-dijabete bħala eżempju)
  • investigazzjoni aktar dettaljata fuq kif għandhom jiġu indirizzati l-multimorbiżità u kwistjonijiet kumplessi oħra fil-qafas tal-mard kroniku.