Mard ewlieni u kroniku

Politika

Il-mard kroniku jkollu effett fit-tul fuq il-pazjent u ġeneralment jipprogressa bil-mod. Xi mard kroniku — mard kardjovaskulari, kanċer, mard respiratorju kroniku, dijabete, mard mentali — jista' jwassal għall-mewt.

L-indirizzar tal-erba’ fatturi prinċipali ta’ mġiba riskjuża — tipjip, abbuż mill-alkoħol, dieta ħażina, ħajja sedentarja — jista’ jgħin fil-prevenzjoni ta’ ħafna mill-mard kroniku. Imma biex ikunu effettivi, l-isforzi jridu jkunu bbażati fuq il-promozzjoni ffukata fuq is-saħħa, il-prevenzjoni u s-sejbien bikri.

Biex tiġi indirizzata l-isfida kontra l-mard kroniku, huwa essenzjali li jkun hemm metodu integrat u orizzontali. Dan jinvolvi l-livelli rilevanti kollha, minn komunitajiet sa dawk li jfasslu l-politika.

Kundizzjonijiet soċjali u ambjentali wkoll għandhom sehem importanti fl-iżvilupp tal-mard kroniku, u jidher ċar li hemm inugwaljanza fil-kondizzjonijiet u l-aċċess għall-prevenzjoni u l-kontroll.

Inizjattivi tal-UE

l-UE tippromwovi metodu komprensiv għall-indirizzar tal-piż tal-mard kroniku fl-Ewropa:

Fir-rigward tal-kanċer , l-UE tħeġġeġ il-kooperazzjoni billi tipprovdi partenarjat  għal għadd kbir ta' partijiet interessati fl-UE kollha.

L-azzjoni tal-UE dwar l-HIV/AIDS — li, minħabba l-introduzzjoni ta’ terapija retrovirali attiva ħafna, tista’ titqies bħala kondizzjoni kronika — tgħin ukoll biex jiġi indirizzat il-piż tal-mard kroniku.

Koordinazzjoni — l-UE u l-gvernijiet nazzjonali

Il-proċess ta’ riflessjoni dwar il-mard rari  jgħaqqad lill-Istati Membri mal-Kummissjoni biex jikkoordinaw l-isforzi tagħhom fir-rispons għall-isfidi tal-mard kroniku.

Dikjarazzjoni tan-NU

Fl-2011 l-Assemblea Ġenerali tan-NU – bl-appoġġ tal-UE – adottat dikjarazzjoni politika dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' mard li ma jitteħidtx (NCDs). Id-dikjarazzjoni rrikonoxxiet li l-mard kroniku jikkostitwixxi sfida kbira għall-iżvilupp fis-seklu 21 u talbet lid-WHO tmexxi u tieħu azzjoni globali.