Mogħdija tan-navigazzjoni

Mard maġġuri u kroniku

Mortalità

Il-kawżi prinċipali tal-imwiet fl-UE huma:

  • il-mard kardjovaskulari
  • il-kanċer
  • il-mard respiratorju

Dan il-mard ta' spiss jista' jiġi evitat – dan ifisser dejta li wieħed jista' joqgħod fuqha dwar il-kawżi tal-imwiet tista' ttejjeb il-politiki tas-saħħa, tippromwovi saħħa tajba u tnaqqas l-inugwaljanzi tas-saħħa.

Ir-rwol tal-Kummissjoni hu li tipprovdi lil dawk li jfasslu l-politiki u lill-pubbliku bil-mezzi biex jissorveljaw l-istatistika tal-mortalità.

Sorsi

L-informazzjoni tal-kawża tal-mewt Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) hi meħuda miċ-ċertifikat tal-mewt tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO). Eurostat jiġbor id-dejta nazzjonali u reġjonali u juża l-Klassifikazzjon Internazzjonali tal-Mard (ICD) tad-WHO biex jippubblika statistika relatata.

Dejta minn Eurostat

Eurostat iddefinixxa "Lista qasira Ewropea" b'64 kawża ta' mewt magħżulin mill-ICD. Minbarra r-rata mhux aġġustata tal-imwiet (CDR), Eurostat jippubblika:

Finanzjament mill-UE għal analiżi aħjar

Proġetti ffinanzjati mill-Kummissjoni biex titjieb l-analiżi tal-kawżi tal-imwiet Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) għandhom l-għan li:

  • jawtomizzaw il-ġbir tad-dejta
  • jipproduċu indikaturi li jistandardizzaw id-dejta tal-mortalità fil-livell tal-UE u jfittxu u jsibu l-inugwaljanzi tas-saħħa