Leġiżlazzjoni

Il-protezzjoni tas-saħħa - fil-qalba tal-politika tal-UE

L-UE għandha dover legali li tipproteġi s-saħħa pubblika fil-politiki u l-attivitajiet kollha tagħha - inkluż fil-legiżlazzjoni li tirregola s-suq intern Ewropew għall-prodotti u s-servizzi.

L-UE tista' tgħin biex ittejjeb is-saħħa u tipprevjeni l-mard billi tgħaqqad flimkien lill-pajjiżi tal-UE biex jiddiskutu strateġiji ta' kif jindirizzaw kwistjonijiet bħall-obesità  jew l-abbuż mill-alkoħol , jew billi torganizza inizjattivi bħas-sħubija Ewropea għall-azzjoni kontra l-kanċer .

F'xi każi, bħal fil-każ tal-kontroll tat-tabakk u rigward id-demm, it-tessuti, iċ-ċelluli u l-organi, l-UE tista' tipproponi liġijiet li jikkontribwixxu għat-titjib tas-saħħa pubblika.

Kontroll tat-tabakk

Il-politika dwar il-kontroll tat-tabakk tal-UE tikkofa fuq firxa ta' liġijiet li:

  • jirregolaw il-prodotti tat-tabakk biex ikunu żgurati standards armonizzati u informazzjoni xierqa għall-konsumatur
  • jirristrinġu l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tat-tabakk għal raġunijiet ta' saħħa pubblika.

Id-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk - tkopri l-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tal-prodotti tat-tabakk

Id-Direttiva dwar ir-Reklamar tat-Tabakk - regoli dwar l-isponsorship u r-reklamar tat-tabakk fuq il-midja kollha minbarra t-TV

Id-Direttiva dwar is-servizzi tal-midja awdjoviżivi - tipprojbixxi l-isponsorship u r-reklamar tat-tabakk fuq it-TV, inkluż it-tqegħid tal-prodott

Il-prevenzjoni tat-tipjip

Il-Konvenzjoni Qafas dwar il-Kontroll tat-Tabakk tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa - iffirmata mill-UE

Demm, tessuti u ċelluli, u organi

Ġew adottati liġijiet tal-UE - li jorbtu lil kull pajjiż membru - dwar id-demm, it-tessuti u ċ-ċelloli u l-organi, biex ikunu żgurati l-kwalità u s-sikurezza tad-demm, it-tessuti u ċ-ċelluli, u l-organi umani. (Ara il-Corrigendum għad-Direttiva dwar l-organi)

Sorveljanza u kontroll epidemjoloġiku tal-mard li jittieħed

Netwerk tal-UE għall-monitoraġġ u l-kontroll epidemjoloġiku tal-mard li jittieħed  ilu jeżisti mill-1999. Jiffoka fuq: