Djalogu bejn il-partijiet interessati

Djalogu bejn il-partijiet interessati jagħti pariri lill-Kummissjoni (id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi) dwar il-prattika tajba fil-proċess ta' konsultazzjoni.

Mandat

Il-grupp ta' djalogu jgħin lill-Kummissjoni jfassal il-proċessi tal-involiment tal-partijiet interessati għall-ħtiġijiet tal-partijiet interessati stess f'oqsma tas-saħħa pubblika u l-ħarsien tal-konsumatur. Jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-proċess biss, mhux dwar il-kontenut tal-politika. Il-membri ma jirrappreżentawx l-organizzazzjonijiet tagħhom iżda jipparteċipaw f'kapaċità personali.