Gruppi ta' interess

Politika

Il-pubbliku ġenerali, il-gruppi ta’ interess u l-organizzazzjonijiet għandhom parti attiva fl-attivitajiet relatati mas-saħħa tal-UE permezz ta’ strutturi stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea. It-tnejn imsemmija hawnhekk jipprovdu l-bażi għal kooperazzjoni fit-tul u li tħalli l-frott.

Pjattaforma tal-Politika dwar is-Saħħa tal-UE

Il-Pjattaforma tal-Politika dwar is-Saħħa tal-UE  hi l-mezz ewlieni ta’ komunikazzjoni u kooperazzjoni bejn il-gruppi ta’ interess u l-organizzazzjonijiet fis-settur tas-saħħa u l-Kummissjoni. Ittejjeb ukoll il-komunikazzjoni fost dawn l-organizzazzjonijiet.

Il-Pjattaforma tissostitwixxi l-Forum tal-Politika dwar is-Saħħa tal-UE , li kien attiv sal-2013.

Premju tas-Saħħa tal-UE għall-NGOs

Permezz tal-Premju tas-Saħħa tal-UE għall-NGOs , il-Kummissjoni tenfasizza kontribuzzjonijiet eċċezzjonali minn korpi mhux governattivi għall-kura tas-saħħa jew għall-politika dwar is-saħħa fil-komunità tagħhom.