Mogħdija tan-navigazzjoni

Gruppi ta' interess

Il-politika

Fil-qafas tal-istrateġija tas-saħħa tal-UE, il-Kummisjoni waqqfet għadd ta' gruppi u strutturi biex jgħinu liċ-ċittadini, gruppi ta' interess u organizzazzjonijiet jieħdu sehem attiv fl-attivitajiet tal-UE fil-qasam tas-saħħa.

L-istrateġija

L-Istrateġija tas-Saħħa tal-UE għall-2008-13 Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) tidentifika oqsma fejn il-pajjiżi tal-UE ma jistgħux jaġixxu waħidhom b'mod effettiv u fejn il-kooperazzjoni fil-livell tal-UE żżid il-valur.

Il-parteċipazzjoni u l-influwenza tas-soċjetà ċivili fuq it-teħid tad-deċiżjonijiet hija kruċjali biex jintleħqu l-għanijiet tal-istrateġija.

Implimentazzjoni

Bl-użu ta' strutturi bħall-Forum tas-Saħħa, il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-gruppi u organizzazzjonijiet kemm reġjonali kif ukoll lokali tal-partijiet interessati biex jieħdu sehem fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet biex jipproteġu u jtejbu s-saħħa taċ-ċittadini Ewropej.