Forum dwar is-Saħħa tal-UE

Il-Forum dwar is-Saħħa tal-UE huwa mezz ta' informazzjoni li jinvolvi partijiet interessati ewlenin fil-politika tas-saħħa Ewropea. Jifrex l-informazzjoni, iniedi ideat għad-dibattitu u jikkontribwixxi għall-kostruzzjoni tal-politika. Għandu 2 komponenti: il-forum tal-politika tas-saħħa tal-UE (50 organizzazzjoni non governattivi) u l-forum il-miftuħ.

Forum dwar il-politika tas-saħħa tal-UE

Il-Forum dwar il-politika tas-saħħa Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel Deutsch (de) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) polski (pl) română (ro) jgħaqqad l-organizzazzjonijiet pan-Ewropej tal-partijiet interessati fis-settur tas-saħħa fuq il-livell tal-UE biex jiżgura li l-istrateġija tas-saħħa tal-UE tkun miftuħa, trasparenti u twieġeb għat-tħassib tal-pubbliku. Jagħti pariri lill-Kummissjoni (u, jekk ikun hemm bżonn, lill-pajjiżi tal-UE) dwar kwistjonijiet ta' saħħa.

Forum miftuħ

Il-Forum miftuh Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) jestendi l-ħidma tal-Forum dwar il-politika tas-saħħa tal-UE għal għadd akbar ta' partijiet interessati f'avveniment annwali. L-idea hi li jipprovdi pjattaforma għan-netwerking u l-iskambju tal-ideat, partikolarment għall-gruppi u l-organizzazzjonijiet li mhux soltu jiffurmaw parti miċ-"ċirkuwitu tal-UE".