Indikaturi tas-saħħa

Politika

Indikatur hu miżura kwantitattiva jew kwalitattiva ta' kemm aħna viċin li nilħqu għan stabbilit (riżultat ta' politika). L-indikaturi jgħinu biex ir-rendiment ikun analizzat u mqabbel ma' gruppi tal-popolazzjoni jew żoni ġeografiċi oħra, u jistgħu jkunu utli biex jiġu deċiżi prijoritajiet ta' politika. L-indikaturi tas-saħħa bbażati fuq dejta affidabbli u li tista' titqabbel huma essenzjali għat-tfassil tal-istrateġiji u l-politiki biex titjieb is-saħħa tal-Ewropej u biex tkun immonitorjata l-implimentazzjoni tagħhom.

Il-Kummissjoni Ewropea diġà tippubblika għadd ta' settijiet ta' indikaturi tas-saħħa u dejta, li se jkomplu jintużaw u jkunu estiżi biex jinkorporaw kwistjonijiet emerġenti dwar is-saħħa.

L-istrateġija ta' informazzjoni dwar is-saħħa

Indikaturi tas-saħħa tal-UE

Wieħed mill-għanijiet tal-Kummissjoni hu li tipproduċi dejta li tista' titqabbel dwar is-saħħa, l-imġiba marbuta mas-saħħa, il-mard u s-sistemi tas-saħħa.

Dan irid ikun ibbażat fuq indikaturi komuni tas-saħħa tal-UE, li għalihom ikun hemm qbil mal-Ewropa dwar definizzjonijiet, ġbir u użu:

Klassifikazzjonijiet internazzjonali

L-użu konsistenti tas-sistemi ta' klassfikazzjoni bi qbil internazzjonali , bil-kunċetti u d-definizzjonijiet komuni tagħhom, hu essenzjali biex ikunu jistgħu jitqabblu d-dejta reġistrata u kodifikata b'mod standard u l-indikaturi bbażati fuqha.