Klassifikazzjoni internazzjonali

Is-sistemi ta' klassifikazzjoni, flimkien mal-kunċetti u d-definizzjonijiet, huma għodod li jippermettu r-reġistrazzjoni armonizzata tad-dejta biex tkun tista’ tiġi akkwistata dejta komparattiva Jistgħu jinħolqu listi mqassra fuq il-bażi tas-sistemi ta' klassifikazzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea tuża dawn il-klassifikazzjonijiet internazzjonali sabiex tiġbor dejta ta' kwalità għolja u armonizzata.

Is-sistemi ta' klassifikazzjoni ewlenin użati għall-indikaturi tas-saħħa huma elenkati hawn taħt.

Is-sistemi ta' klassifikazzjoni ewlenin

  • Il-Klassifikazzjoni Statistika Internazzjonali tal-Mard u Problemi tas-Saħħa Oħra (ICD) hija ppubblikata mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO). Din is-sistema ta' klassifikazzjoni hija użata għall-istatistika dwar il-mortalità u l-morbidità. L-10 reviżjoni tagħha (ICD-10pdf) ilha tintuża mill-Istati Membri tad-WHO sa mill-1994. Il-11-il reviżjoni tal-klassifikazzjoni bdiet u se tkompli sal-2018.
  • Il-"lista mqassra Ewropea" ta' 86 kawża ta' mewt ta' Eurostat hija bbażata fuq l-ICD10. Il-Lista Mqassra Internazzjonali għat-Tabulazzjoni tal-Morbidità fl-Isptarijiet (2005) ukoll hija bbażata fuq ICD-10 u hija użata minn Eurostat, id-WHO, l-OECD u n-NOMESCO biex tinġabar u tiġi ppreżentata dejta dwar ir-rilaxx fl-isptarijiet. Hija disponibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż.
  • Hemm għadd ta' sistemi ta' klassifikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ proċeduri kliniċi. Dawn jinkludu il-”Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Mard, id-9 Reviżjoni, Modifikazzjoni Klinika" (ICD-9-CM), li tinżamm b'mod konġunt miċ-Ċentru Nazzjonali għall-Istatistika dwar is-Saħħa (NCHS) u ċ-Ċentri għas-Servizzi ta' Kura Medika u Għajnuna Medika (CMS), kif ukoll il-Klassifikazzjoni NOMESCO tal-Proċeduri Kirurġiċi (NCSP).
  • Il-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Kontijiet tas-Saħħa (ICHA) hija l-bażi tas-Sistema tal-Kontijiet tas-Saħħa (SHA) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) . L-SHA hi għodda aċċettata internazzjonalment, żviluppata b'mod konġunt mill-OECD, il-Kummissjoni Ewropea u d-WHO u użata biex tiddeskrivi, tqassar u tanalizza n-nefqa fuq is-saħħa u l-finanzjament tas-saħħa.

Sistemi ta' klassifikazzjoni oħra