Mediċina u Kura

L-Unjoni Ewropea hija impenjata bis-sħiħ biex tiżgura livell għoli ta' protezzjoni, kompetittività u innovazzjoni...

L-Unjoni Ewropea hija impenjata bis-sħiħ biex tiżgura livell għoli ta' protezzjoni, kompetittività u innovazzjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika. Fil-kuntest tal-mediċini u l-kura, l-għanijiet ewlenin huma li jkun hemm garanzija ta’ aċċess għall-mediċini bi prezz li jintlaħaq, ċertezza li l-mediċini jkunu sikuri u effettivi, u titjib tal-kwalità u tqassim ta’ l-informazzjoni liċ-ċittadini biex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati dwar il-kura tagħhom infushom. Sabiex ikomplu l-isforzi f’dawn l-oqsma u oħrajn, il-Kummissjoni Ewropea ħolqot Forum tal-Farmaċija, pjattaforma ta’ livell għoli għad-diskussjoni appoġġjata minn esperti li jaħdmu fi gruppi li jiltaqgħu regolarment biex jiżviluppaw rakkomandazzjonjiet u jiskambjaw l-aħjar prattika. L-għan hu li titjieb il-ħidma ta’ l-industrija farmaċewtika f’dawk li huma kompetittività u l-kontribut lill-obbjettivi tas-saħħa pubblika u soċjali. L-UE tippromwovi r-riċerka, l-iżvilupp ta’ terapiji innovattivi u l-moviment ħieles tal-mediċini fis-suq intern. Flimkien ma’ l-Istati Membri u l-partijiet interessati, l-UE qed tiżviluppa aġenda ta’ riċerka strateġika. Dan jidentifika nuqqasijiet xjentifiċi kritiċi fejn hemm il-ħtieġa urġenti għal aktar riċerka biex jiżgura titjib fis-saħħa għal kulħadd.