Ibgħat lil ħabib
google +
Verżjoni għall-istampar

Punti ewlenin

Proġetti dwar il-kanċer tal-ġilda

Il-kanċer tal-ġilda hu forma ta’ kanċer li se jsir iktar importanti f’termini ta’ saħħa pubblika fid-deċennji li ġejjin fin-nuqqas ta’ intervent effettiv.

Il-Kodiċi Ewropew Kontra l-Kanċer jirrakkomanda li 'Ix-xemx żejda għandha tiġi evitata. Hu speċjalment important li t-tfal u l-adolexxenti jiġu protetti. Għall-individwi li għandhom it-tendenza jinħarqu bix-xemx, għandhom jittieħdu miżuri protettivi matul il-ħajja'. Din hija r-raġuni għala għadd ta’ azzjonijiet ġew appoġġati mill-Kummissjoni Ewropea sabiex tinħoloq bażi soda għal azzjoni u fid-dawl li tqajjem kuxjenza u tgħin lin-nies biex jipprevjenu l-kanċer tal-ġilda.

Il-Programm tas-Saħħa (2007-2013) appoġġa żewġ azzjonijiet prinċipali: l-ewwel, EUROSUN(li tkejjel l-esponiment ta’ individwi u popolazzjonijiet fl-Ewropa għar-radjazzjoni UV permezz tad-dejta ta’ satelliti meteoroloġiċi) fejn messaġġi ta’ prevenzjoni żviluppati biex inaqqsu l-esponiment għall-UV ġew adattati għal kull Stat Membru inkluż atlas dwar l-irradjazzjoni tal-UV.

It-tieni, il-proġett EPIDERM (Inizjattiva Ewropea ta' Prevenzjoni għal Tumuri tal-Ġilda) ġie ffinanzjat mill-Programm tas-Saħħa sabiex jinkiseb u jinxtered l-għarfien dwar il-kanċer tal-ġilda, il-fatturi ta’ riskju, it-trattamenti u l-ispejjeż tal-mard biex jiġu żviluppati strateġiji għat-tnaqqis tar-riskju u rakkommandazzjonijiet dwar l-aħjar prattika.

Fil-qafas tal-Programm tal-FP6, il-Kummissjoni ffinanzjat ukoll il-proġett EUROSKIN (Netwerk Ewropew ta’ prevenzjoni tal-kanċer tal-ġilda) għall-appoġġ ta’ inizjattivi dwar il-prevenzjoni primarja, dwar ċertifikazzjoni standard Ewropea għas-solaria, dwar iċ-ċelloli staminali u l-karċinoma tal-ġilda, u dwar l-iskrining tal-kanċer tal-ġilda.

Implimentazzjoni mifruxa tar-rakkomandazzjonijiet ta’ dawn il-proġetti fi Pjanijiet Nazzjonali dwar il-Kanċer fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea twassal għal tnaqqis fl-inċidenza tal-kanċer tal-ġilda.

Iktar tagħrif:

Il-Kummissjoni Ewropea – Saħħa Pubblika

Kummissjoni Ewropea – Saħħa-UE