Ambjent b'saħħtu

Politika

Is-saħħa pubblika hija effettwata minn firxa kbira ta' fatturi ambjentali:

  • sustanzi li jniġġsu l-arja - jikkawżaw u jaggravaw il-mard tan-nifs, l-allerġiji, l-avvalenament u l-kanċer.
  • ambjent mhux sikur - jista' jkun il-kawża ta' aċċidenti, korrimenti u nuqqas ta' ħeġġa għall-attività fiżika
  • fatturi oħra - kimiċi, kontaminazzjoni u allerġiji tal-ikel, tniġġis tal-ħamrija, kwalità tad-djar, deċiżjonijiet tal-ippjanar, ħsejjes, ilma, sanità eċċ.

L-UE taħdem mill-qrib mal-gvernijiet nazzjonali u ma' esperti biex tippromwovi ambjent b'saħħtu u tfassal tweġibiet kontra t-theddid għas-saħħa inkluż it-tibdil fil-klima .

Saħħa u ambjent

Il- Fatturi ambjentali  huma responsabbli għal proporzjon sinifikanti ta' mard fil-pajjiżi industrijalizzati. Il-mard tan-nifs u l-mard tal-kanċer huma ta' tħassib partikolari, bit-tfal f'riskju ikbar mill-kbar.

Il-Kummissjoni tuża metodu integrat dwar din il-kwistjoni, billi tinvolvi l-partijiet interessati kollha fit-tfassil tal-politika, inkluż:

  • L- istrateġija  dwar l-ambjent u s-saħħa, li tiffoka b'mod partikolari fuq it-tfal
  • Il- pjan ta' azzjoni  tal-UE dwar l-ambjent u s-saħħa, biex timplimenta l-istrateġija tal-UE.
  • Il-grupp konsultattiv  tal-UE dwar l-ambjent u s-saħħa biex jiġu involuti lill-partijiet interessati.

Il-Kummissjoni taħdem mill-qrib ma' WHO fl-Ewropa  ukoll.

Aċċidenti u korrimenti

B'235,000 persuna jmuti kull sena, il-korrimenti aċċidentali  huma r-raba' kawża ta' mewt l-iktar komuni fl-UE.

Dawn jinkludu aċċidenti tat-traffiku u fuq il-post tax-xogħol, avvelenamenti, għerqien u waqgħat.

Il-Kummissjoni tfittex li tindirizza l-kawżi kull fejn tista' - billi taġixxi biex ittejjeb pereżempju d-djar, l-ippjanar urban u rurali u l-attività fiżika.

Ara wkoll is-sigurtà tal-prodotti

Kampi elettromanjetiċi

L-iżvilupp mgħaġġel tal-mowbajls u tagħmir elettroniku ieħor mis-snin disgħin żied b'mod sostanzjali l-espożizzjoni tagħna ta' kulljum għall-kampi elettromanjetiċi. Dan wassal għal tħassib dwar l-effetti ħżiena possibbli tagħhom.

L-azzjoni tal-UE dwar il-kampi elettromanjetiċi  tinkludi li tħeġġeġ lill-gvernijiet biex jivvalutaw is-sitwazzjoni tal-espożizzjoni u jieħdu l-azzjoni ta' segwitu neċessarja meta jinqabżu l-limiti sikuri.