Politika

Is-saħħa pubblika hija effettwata minn firxa kbira ta' fatturi ambjentali:

  • sustanzi li jniġġsu l-arja - jikkawżaw u jaggravaw il-mard tan-nifs, l-allerġiji, l-avvalenament u l-kanċer.
  • ambjent mhux sikur - jista' jkun il-kawża ta' aċċidenti, korrimenti u nuqqas ta' ħeġġa għall-attività fiżika
  • fatturi oħra - kimiċi, kontaminazzjoni u allerġiji tal-ikel, tniġġis tal-ħamrija, kwalità tad-djar, deċiżjonijiet tal-ippjanar, ħsejjes, ilma, sanità eċċ.

L-UE taħdem mill-qrib mal-gvernijiet nazzjonali u ma' esperti biex tippromwovi ambjent b'saħħtu u tfassal tweġibiet kontra t-theddid għas-saħħa inkluż it-tibdil fil-klima Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) .

Saħħa u ambjent

Il- Fatturi ambjentali Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) huma responsabbli għal proporzjon sinifikanti ta' mard fil-pajjiżi industrijalizzati. Il-mard tan-nifs u l-mard tal-kanċer huma ta' tħassib partikolari, bit-tfal f'riskju ikbar mill-kbar.

Il-Kummissjoni tuża metodu integrat dwar din il-kwistjoni, billi tinvolvi l-partijiet interessati kollha fit-tfassil tal-politika, inkluż:

Il-Kummissjoni taħdem mill-qrib ma' WHO fl-Ewropa Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) ukoll.

Aċċidenti u korrimenti

B'235,000 persuna jmuti kull sena, il-korrimenti aċċidentali Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) huma r-raba' kawża ta' mewt l-iktar komuni fl-UE.

Dawn jinkludu aċċidenti tat-traffiku u fuq il-post tax-xogħol, avvelenamenti, għerqien u waqgħat.

Il-Kummissjoni tfittex li tindirizza l-kawżi kull fejn tista' - billi taġixxi biex ittejjeb pereżempju d-djar, l-ippjanar urban u rurali u l-attività fiżika.

Ara wkoll is-sigurtà tal-prodotti

Kampi elettromanjetiċi

L-iżvilupp mgħaġġel tal-mowbajls u tagħmir elettroniku ieħor mis-snin disgħin żied b'mod sostanzjali l-espożizzjoni tagħna ta' kulljum għall-kampi elettromanjetiċi. Dan wassal għal tħassib dwar l-effetti ħżiena possibbli tagħhom.

L-azzjoni tal-UE dwar il-kampi elettromanjetiċi Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) tinkludi li tħeġġeġ lill-gvernijiet biex jivvalutaw is-sitwazzjoni tal-espożizzjoni u jieħdu l-azzjoni ta' segwitu neċessarja meta jinqabżu l-limiti sikuri.