Ambjent b'saħħtu

Sħubija

Il-Kummissjoni tgħin biex tippromovi ambjent b'saħħtu permezz ta' sħubiji

Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa

Attivitajiet dwar is-saħħa u l-ambjent fuq livell tal-UE jitwettqu b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-attivitajiet tal-WHO.

Il-Kummissjoni tappoġġja l-implimentazzjoni tal- WHO Europe - pjan ta' azzjoni dwar l-ambjent u s-saħħa għat-tfal (CEHAPE) u l-ħidma tal-WHO dwar il-kwalità tal-arja ġewwa, il-prevenzjoni tal-korrimenti u l-attività fiżika.

Il-pjan ta' azzjoni tal-EU dwar l-ambjent u s-saħħa  ġie mniedi fl-istess żmien mal-pjan WHO, biex tkun possibbli il-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ proċessi.