Forniment ta' radju-iżotopi għall-użu mediku

Ir-radju-iżotopi (radjufarmaċewtiċi) jintużaw bħala rutina f'dijanjosi u trattament mhux invażivi f'firxa ta' kundizzjonijiet importanti u komuni bħall-kanċer u l-mard kardjovaskulari.

Dawn il-molekuli bijoloġiċi speċifiċi, immarkati b'radju-iżotopi mediċi, jissejħu wkoll "traċċaturi" għax – amministrati fi kwantitajiet (bi traċċi) żgħar ħafna – jippermettulna nittraċċjaw il-proċessi bijoloġiċi.

Ħażna dinjija tar-radju-iżotopi

L-aktar radju-iżotopi użati fil-mediċina huma prodotti fir-reatturi nukleari. Fl-2008, l-għeluq mhux ippjanat tat-3 reatturi kollha tal-UE li kienu jipproduċu r-radju-iżotopi kkawża nuqqas ta' radju-iżotopi għall-użu mediku (Molybdenum-99 / Technetium-99m) fl-UE.

Is-sitwazzjoni tal-forniment minn dak in-nhar saret kwistjoni ta' preokkupazzjoni dinjija, billi l-akbar produttur fid-dinja tal-Molybdenum-99 – ir-reattur tan-National Research Universal (NRU) tal-Kanada – kellu jingħalaq ukoll minħabba tiswijiet f'Mejju 2009.

Rapport tal-UE dwar il-forniment tar-radju-iżotopi  Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) (Ottubru 2009)

Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-UE – fornimenti siguri ta' radju-iżotopi mediċi Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) (Diċembru 2009) – iħeġġu proposti mill-UE u nazzjonali biex jiġu żgurati fornimenti suffiċjenti.