Is-saħħa u l-fondi strutturali

Il-Politika ta' Koeżjoni tal-UE u s-saħħa

L-għan tal-Politika ta' Koeżjoni tal-UE hu li jonqsu d-differenzi ekonomiċi u soċjali bejn ir-reġjuni fl-Ewropa – partikolarment permezz tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE).

Is-saħħa qed tiġi rikonoxxuta dejjem aktar bħala assi importanti għall-iżvilupp reġjonali u l-kompetittività u hi eliġibbli biex tirċievi l-FSIE għal investimenti taħt varji objettivi:

  • Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali – jiffinanzja l-infrastruttura u t-tagħmir tas-saħħa, is-saħħa elettronika, ir-riċerka u l-appoġġ lill-SMEs
  • Il-Fond Soċjali Ewropew – jiffinanzja attivitajiet ta' saħħa relatati mat-tixjiħ attiv u b'saħħtu, il-promozzjoni tas-saħħa u l-indirizzar tal-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa, l-appoġġ lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-amministrazzjoni pubblika.

Il-prinċipji tal-FSIE 2014-2020 jiżguraw li l-finanzjament jintuża b’mod effettiv mill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali u li jirrispondi għal strateġija politika ġenerali.

Kif tista’ takkwista finanzjament għal investimenti fis-saħħa mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej?

Il-Kummissjoni ppubblikat gwida  għall-Istati Membri u l-benefiċjarji dwar investimenti fis-saħħa possibbli taħt l-FSIE.

Tgħallem aktar dwar il-Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 u identifika jekk l-idea tal-proġett tiegħek taqbilx mal-prijoritajiet tal-programmi tal-FSIE fil-pajjiż/fir-reġjun tiegħek.

Aqra aktar dwar l-użu tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej għas-saħħa . 

Kooperazzjoni mal-Istati Membri

L-Istati Membri għandhom kompetenza sħiħa fil-provvista tal-kura tas-saħħa. Huma jiddeċiedu, jiddefinixxu u jimplimentaw investimenti fis-settur tas-saħħa. Il-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri  biex iżidu l-kapaċitajiet fl-immaniġġjar tal-fondi fis-settur tas-saħħa u biex jippromwovu l-iskambju ta' soluzzjonijiet effettivi.