Is-saħħa fil-politiki kollha

Politika

Billi s-saħħa hija ddeterminata prinċipalment minn fatturi barra mill-qasam tas-saħħa, politika tas-saħħa effettiva għandha tinvolvi l-oqsma tal-politika kollha relevanti, b'mod partikolari:

  • il-politika reġjonali u soċjali
  • it-tassazzjoni
  • l-ambjent
  • l-edukazzjoni
  • ir-riċerka.

Il-politiki kollha tal-UE huma marbuta mit-trattat tal-UE li jsegwu dan il-metodu "Is-Saħħa fil-Politiki kollha" (HIAP). Iżda biex dan il-metodu jkun totalment effettiv, irid ikun estiż għall-politiki nazzjonali, reġjonali u lokali.

Is-saħħa fl-inizjattivi tal-UE

Ir-rwol prinċipali tas-saħħa ġie rikonoxxut b'mod wiesa' u huwa element integrali tal-maġġoranza tal-inizjattivi strateġiċi tal-UE  - bħal ma huma l-istrateġija għat-tkabbir u l-impjiegi u dik għall-iżvilupp sostenibbli.

Il-koordinazzjoni tal-oqsma ta' politika

Il-fatturi li jiddeterminaw is-saħħa ma jistgħux ikunu influwenzati mill-politika tas-saħħa waħedha - hemm bżonn ta' azzjoni koordinata, inizjattivi u strateġiji konġunti  ma' oqsma ta' politika oħra marbuta mas-saħħa sabiex ikun żgurat li t-tħassib dwar is-saħħa jkun indirizzat b'mod xieraq.

Impatt tal-politiki u l-azzjoni tal-UE

Il-maġġoranza tal-inizjattivi tal-Kummissjoni jridu jkunu konformi mal-linjigwida tal-valutazzjoni tal-impatt uffiċjali, li jirrikjedi li jiġi kkunsidrat l-impatt potenzjali fuq is-saħħa u s-sistemi tas-saħħa  (wkoll) meta jfasslu politiki ġodda.

Aġenziji tal-UE

L-agenziji tal-UE  jwettqu kompiti tekniċi, xjentifiċi jew maniġerjali speċifiċi. Huma rregolati mill-liġi pubblika Ewropea u għandhom personalità legali, iżda huma separati mill-istituzzjonijiet tal-UE (il-Kunsill, il-Parlament, il-Kummissjoni eċċ.).