Is-saħħa fl-inizjattivi tal-UE

Għadd ta' politiki u azzjonijiet għandhom impatt fuq is-saħħa u s-sistemi tas-saħħa madwar l-Ewropa. Għalhekk hemm bżonn ta' strateġiji wiesgħa ta' politika. biex ikun żgurat li s-saħħa tkun parti sħiħa mill-oqsma tal-politika kollha, inklużi politiki ambjentali, soċjali u ekonomiċi.

Strateġija tas-Saħħa tal-UE 2008-13

'Is-saħħa fil-politiki kollha' huwa wieħed mill-prinċipji ewlenin tal-Istrateġija tas-saħħa tal-UE Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) . L-intenzjoni hi li t-tħassib dwar is-saħħa jkun parti integrali mill-politiki kollha fuq livell tal-UE, nazzjonali u reġjonali, inkluż l-użu ta' valutazzjonijiet tal-impatt u għodod ta' evalwazzjoni.

Aġenda soċjali mġedda

L-aġenda soċjali mġedda hija inizjattiva wiesgħa li tirrikonoxxi s-saħħa bħala kwistjoni prinċipali għall-benessri taċ-ċittadini tal-UE fis-seklu 21. Tenfasizza wkoll l-importanza ta' metodu koordinat għall-oqsma kollha ta' politika relevanti lejn il-mira ta' ħajja itwal u iktar b'saħħitha.

"Is-saħħa hija ġid" - is-saħħa u l-politika ekonomika

  • L-Istrateġija ekonomika tal-UE tirrikonoxxi l-isfida tas-saħħa f'soċjetajiet li qed jixjieħu għas-sistemi soċjali Ewropej u għat-tkabbir sostenibbli fl-UE.
  • L-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibblipdf tenfasizza l-importanza tas-saħħa għall-iżvilupp sostenibbli fl-Ewropa. L-għanijiet prinċipali tagħha huma l-promozzjoni tas-saħħa, it-tnaqqis tal-inugwaljanza fis-saħħa u l-protezzjoni kontra t-theddid għas-saħħa.

Il-politika ta' koezjoni

Il-Programm tas-Saħħa u l-aġenziji tal-UE