Is-saħħa fil-politiki kollha

Il-koordinazzjoni fost l-oqsma ta' politiki

Strateġiji u inizjattivi konġunti li jgħaqqdu flimkien oqsma ta' politiċi relatati mas-saħħa meħtieġa biex jiżguraw li l-preokkupazzjonijiet tas-saħħa huma indirizzati b'mod adegwat. Il-Kummissjoni tikkoordina diversi gruppi minn setturi differenti u għandha mezzi ta' kooperazzjoni permanenti bejn il-politiki rilevanti kollha.

Strateġiji kkoordinati ta' din ix-xorta ġew żviluppati pereżempju mal-politika soċjali, reġjonali jew ambjentali, mal-politika tar-riċerka, tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-edukazzjoni.

Il-grupp ta' Ħidma tal-Kunsill

L-implimentazzjoni tal-istrateġija għas-saħħa tal-UE hi appoġġjata mill-grupp ta' ħidma dwar is-saħħa pubblika tal-Kunsill li jiltaqa' fuq livell għoli, li identifka "Is-Saħħa fil-politiki kollha" (HIAP) bħala prijorità ewlenija u jikkunsidra b'mod regolari l-importanza strateġika ta' politiki oħra għas-saħħa.

Il-grupp ta' koordinazzjoni bejn is-servizzi dwar is-saħħa pubblika

L-għan ta' dan il-grupp hu li jtejjeb il-koordinazzjoni dwar is-saħħa fi ħdan id-dipartimenti differenti tal-Kummissjoni. Huma rappreżentati aktar minn 20 dipartiment. Il-grupp għandu wkoll għadd ta' sottogruppi tematiċi li jittrattaw is-sistemi dinamiċi tas-saħħa, is-saħħa globali, is-saħħa u l-ambjent u l-HIV/AIDS.

Is-saħħa fil-politiki soċjali u reġjonali

  • Il-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali hu forum fejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkooperaw biex itejbu s-sinerġiji u jottimizzaw il-koordinazzjoni fis-settur soċjali. Il-kumitat jittratta wkoll il-kura tas-saħħa.
  • F'ħafna mill-pajjiżi tal-UE, ir-responsabbiltà għas-saħħa taqa' taħt l-awtoritajiet reġjonali jew lokali. Dawk li jfasslu l-politika fuq livell reġjonali, in-netwerks u l-Kumitat tar-Reġjuni fuq livell tal-UE, huma msieħba kruċjali biex iqajmu l-għarfien politiku u jżidu l-importanza tas-saħħa fil-politiki reġjonali.

Ir-riċerka u t-teknoloġiji l-ġodda

  • Is-saħħa hi waħda mill-prijoritajiet fil-politika ta' riċerka tal-UE b'għadd ta' proġetti dwar is-saħħa ffinanzjati permezz tas-Seba' Programm Qafas dwar ir-Riċerka (FP7) tal-UE.
  • Għodod tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) bħas-Saħħa elettronika  jistgħu jtejbu s-sistemi tas-saħħa nazzjonali, iżda għandhom bżonn skjerament xieraq u koordinazzjoni qawwija fuq livell tal-UE biex illum ilaħħqu mal-bżonnijiet taċ-ċittadini tal-UE.
  • Ara wkoll il-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa  (HTA).

L-edukazzjoni u l-ambjent tajjeb għas-saħħa