Il-koordinazzjoni tal-oqsma ta' politika

Hemm bżonn ta' strateġiji u inizjattivi konġunti li jgħaqqdu flimkien l-oqsma ta' politika tas-saħħa biex ikun żgurat li t-tħassib dwar is-saħħa jkun indirizzat b'mod xieraq. Il-Kummissjoni tikkoordina għadd ta' gruppi minn setturi differenti u żżomm kanali ta' kooperazzjoni permanenti fost il-politiki kollha relevanti.

Ġew żviluppati strateġiji koordinati bħal dawn pereżempju mal-politika soċjali, reġjonali jew tal-ambjent, mal-politika tar-riċerka, tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-edukazzjoni.

Grupp ta' ħidma tal-Kunsill

L-implimentazzjoni tal-istrateġija għas-saħħa tal-UE hija appoġġjata mill-grupp ta' ħidma dwar is-saħħa pubblika tal-Kunsill li jiltaqa' fuq livell għolipdf, li identifka 'Is-Saħħa fil-politiki kollha' (HIAP) bħala prijorità ewlenija u jikkunsidra b'mod regolari l-importanza strateġika ta' politiki oħra għas-saħħa.

Grupp ta' koordinazzjoni bejn is-servizzi dwar is-saħħa pubblika

L-għan ta' dan il-grupp hu li jtejjeb il-koordinazzjoni dwar is-saħħa fi ħdan id-dipartimenti differenti tal-Kummissjoni. Huma rappreżentati iktar minn 20 dipartiment. Il-grupp għandu wkoll għadd ta' sottogruppi tematiċi li jittrattaw is-sistemi tas-saħħa dinamiċi, is-saħħa globali, is-saħħa u l-ambjent u l-HIV/AIDS.

Is-saħħa fil-politiki soċjali u reġjonali

  • Il- Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali huwa forum fejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkooperaw biex itejbu s-sinerġiji u jottimizzaw il-koordinazzjoni fis-settur soċjali. Il-kumitat jittratta wkoll il-kura tas-saħħa.
  • F'ħafna mill-pajjiżi tal-UE, ir-responsabbiltà għas-saħħa taqa' taħt l-awtoritajiet reġjonali jew lokali. Dawk li joħolqu l-politika fuq livell reġjonali, in-netwerks u l-Kumitat tar-Reġjuni fuq livell tal-UE, huma msieħba kruċjali biex iqajmu l-għarfien politiku u jżidu l-importanza tas-saħħa fil-politiki reġjonali.

Ir-riċerka u t-teknoloġiji l-ġodda

L-edukazzjoni u ambjent b'saħħtu