Organizzazzjonijiet nazzjonali

L-UE tikkoopera ma' organizzazzjonijiet internazzjonali biex tiżviluppa, timplimenta u tippromwovi l-aġenda tagħha dwar is-saħħa pubblika. Jeżistu arranġamenti speċifiċi ta' kooperazzjoni mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u mal-Kunsill tal-Ewropa u qed jiġu żviluppati oħrajn mal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Żvilupp Ekonomiku.

Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO)

Il-kooperazzjoni bejn l-UE u d-WHO Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) ssir fil-qafas tad-Dikjarazzjoni ta' Moskapdf(146 KB) tal-2010 fl-oqsma ta’:

  • sigurtà tas-saħħa
  • innovazzjoni fis-saħħa
  • tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa
  • inugwaljanzi tas-saħħa
  • informazzjoni dwar is-saħħa
  • kooperazzjoni bejn id-delegazzjonijiet tal-UE u l-uffiċċji tad-WHO f'pajjiż li mhumiex tal-UE.

Il-Kunsill tal-Ewropa

Il-Kunsill-UE tal-kooperazzjoni Ewropea Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) jittratta firxa wiesgħa ta' attivitajiet. Fil-qasam tas-saħħa, ix-xogħol jiffoka fuq il-farmaċewtiċi u d-donazzjonijiet tad-demm u tal-organi.

L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD)

Il-kooperazzjoni UE-OECD Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) isseħħ b’mod regolari u tinkludi l-koordinazzjoni tal-aġendi tagħhom dwar il-politiki u r-riċerka. L-UE hi kontributur prinċipali għall-baġit tal-OECD u tappoġġa proġetti b'benefiċċju reċiproku fl-oqsma tal-kontijiet tas-saħħa, l-indikaturi tal-kura tas-saħħa u l-ekonomija tas-saħħa.

L-Osservatorju Ewropew tas-Sistemi u l-Politiki tas-Saħħa (EOHSP)

L-Osservatorju Ewropew tas-Sistemi u l-Politiki tas-Saħħa (EOHSP) jappoġġa u jippromwovi tfassil ta' politika dwar is-saħħa bbażat fuq l-evidenza permezz ta' analiżi komprensiva u rigoruża tad-dinamiċi tas-sistemi tal-kura tas-saħħa fl-Ewropa. Il-Kummissjoni Ewropea ilha msieħba fl-Osservatorju mill-2009.