Saħħa globali

Il-mard u l-kawża tiegħu ma jirrispettawx il-fruntieri nazzjonali, u l-kwistjonijiet globali ta’ saħħa ma jistgħux jiġu riżolti b’mod effettiv b’mandat Ewropew li jaġixxi waħdu. Il-pressjonijiet finanzjarji u relatati mal-forza tax-xogħol fuq is-sistemi tas-saħħa sabiex tingħata kura bi kwalità lill-popolazzjonijiet li qed jikbru fl-età jinsabu kullimkien, u jistgħu jiġu indirizzati b'kollaborazzjoni internazzjonali aħjar.

Aktar informazzjoni – L-UE fis-Saħħa Globali – taqsira Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)

Azzjoni fil-livell tal-UE

L-isfidi ewlenin li tiffaċċja l-UE rigward is-saħħa globali huma:

  • il-governanza
  • il-kopertura universali
  • il-koerenza tal-politiki tal-UE
  • ir-riċerka u t-tagħrif. 

Għadd ta’ dokumenti ta’ politika mill-2010 jiggwidaw l-azzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea:

Forum tal-Politika dwar is-Saħħa Globali

Il-Forum tal-Politika dwar is-Saħħa Globali Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) jipprovdi opportunità regolari għal skambju ta’ informazzjoni u ta’ diskussjoni dwar l-iżviluppi tal-politika sabiex tiġi żviluppata strateġija komuni u jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn l-atturi differenti:

  • Id-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni
  • Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tal-UE
  • L-Istati Membri tal-UE
  • Ir-rappreżentanti ta’ pajjiżi li mhumiex tal-UE
  • L-NGOs
  • Ir-rappreżentanti tal-industrija
  • Ir-rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali (WHO, UNICEF, UNAIDS, eċċ.). 

Azzjoni internazzjonali

L-UE tikkoopera mill-qrib mal-organizzazzjonijiet internazzjonali bħad-WHO, il-pajjiżi għat-tkabbir Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) , il-pajjiżi tal-Viċinat Ewropew Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) u r-reġjuni Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv)

Fil-kuntest tal-G7+, il-Kummissjoni taħdem ukoll biex titjieb is-sigurtà tas-saħħa globali.

L-UE hi wkoll impenjata li tippromwovi l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali tas-saħħa, bħall-Konvenzjoni ta' Qafas ta' Ħidma tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk u r-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa.