Rwol tal-Istati Membri

Kull Stat Membru tal-UE huwa responsabbli biex jipprovdi protezzjoni tas-saħħa xierqa għaċ-ċittadini tiegħu u biex jiddeċiedi dwar il-miżuri li għandhom jiġu implimentati.

Madankollu, bħala appoġġ għall-Istati Membri u biex tiżgura l-ogħla livell ta' protezzjoni tas-saħħa għaċ-ċittadini Ewropej, l-UE titlob lill-gvernijiet biex jivvalutaw l-esponiment għall-kampi elettromanjetiċi u biex jieħdu azzjoni xierqa meta jinqabżu l-livelli ta' referenza - kif stipulat fir-Rakkomandazzjoni tal-UE (99/519/KE) dwar il-limitazzjoni tal-esponiment għall-kampi elettromanjetiċi.pdf

Għal taqsira tas-sitwazzjoni fl-Istati Membri tal-UE, ara r-rapporti ta' implimentazzjoni Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) .

Fl-2011, l-Istitut Nazzjonali Olandiż għas-Saħħa Pubblika u l-Ambjent ippubblika tqabbil internazzjonali tal-politiki dwar il-kampi elettromanjetiċi Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) , li jindirizza wkoll is-sitwazzjoni fl-Unjoni Ewropea.