Kampi elettromanjetiċi

Riċerka

Fil-finanzjament ta’ proġetti multinazzjonali, il-Kummissjoni Ewropea turi l-appoġġ qawwi tagħha għar-riċerka biex tinvestiga l-effetti potenzjali fuq is-saħħa li jirriżultaw minn kampi elettromanjetiċi.

Mill-2000, il-Kummissjoni investiet aktar minn EUR 37 miljun fi proġetti ta' riċerka, l-aktar taħt il-Programm Qafas tal-UE għar-Riċerka , li issa jissejjaħ Orizzont 2020.