Monitoraġġ u ffinanzzjar tar-riċerka

Il-Kummissjoni qed tagħmel monitoraġġ u tiffinanzja żviluppi ġodda fir-riċerka dwar l-effetti potenzjali għas-saħħa tal-kampi elettromanjetiċi (EMF) u qed iżżomm rekord ta' dak li l-awtoritajiet nazzjonali u internazzjonali qed jagħmlu biex jirregolawhom.

Monitoraġġ

Fuq talba tal-Kummissjoni, kumitati xjentifiċi tal-UE indipendenti rrivedew b'mod perjodiku l-provi xjentifiċi dwar l-effetti tal-kampi elettromanjetiċi fuq is-saħħa.

S'issa, dawn l-opinjonijiet xjentifiċi Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) ma wasslux għal raġunament xjentifiku li jiġġustifika reviżjoni tal-limiti ta' espożizzjoni (ristrizzjonijiet bażiċi u livelli ta' referenza) tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsil 1999/519/KE. Madanakollu, dawn jammettu li d-dejta bażika għall-valutazzjoni ta' ċerti riskji għadha limitata, b'mod speċjali espożizzjoni ta' livell baxx fuq perjodu ta' żmien twil, u għalhekk hemm bżonn iktar riċerka.

Il-Kummissjoni għalhekk fl-2009 talbet lill-SCENIHR biex jagħti opinjoni dwar 'Metodoloġiji u ħtieġa ta' riċerka biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' għarfien dwar l-effetti potenzjali għas-saħħa tal-EMF'pdf. Din l-opinjoni qed tikkontribwixxi għall-għażla tat-temi ta' riċerka li se jkunu finanzjati mill-Programm Qafas għar-Riċerka.

Il-Kummissjoni ppreparat ukoll verżjonijiet b'lingwaġġ sempliċi Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) għal min mhux speċjalizzat, disponibbli f'4 lingwi, ta' għadda ta' opinjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku tar-Riskji Sanitarji Emerġenti u Identifikati Reċentement (SCENIHR), inklużi l-EMF.

Iffinanzjar

Sa mill-2010, il-Kummissjoni qed tiffinanzja proġetti ta' riċerka dwar l-effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-EMF, partikularment permezz tal-Programm Qafas tal-UE dwar ir-Riċerka.

Iktar informazzjoni Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)