Azzjoni tal-UE

L-azzjoni tal-UE dwar il-kampi elettromanjetiċi hi bbażata fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tillimita l-esponiment tal-pubbliku għal kampi bħal dawn (0 Hz- 300 GHz)pdf.

Din ir-Rakkomandazzjoni:

  • tipproponi sett ta' restrizzjonijiet bażiċi u livelli ta' referenza
  • tipprovdi gwida lill-gvernijiet nazzjonali tal-UE
  • toħloq bażi għal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sikurezza tal-prodotti
  • tiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni sabiex tanalizza b'mod regolari kwalunkwe effett li jista' jkollhom il-kampi elettromanjetiċi fuq is-saħħa.

Ir-restrizzjonijiet u l-livelli ta' referenza proposti mir-Rakkomandazzjoni huma bbażati fuq linji gwidapdf mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni mir-Radjazzjoni Mhux Jonizzanti (korp ta' esperti xjentifiċi indipendenti rikonoxxut mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa).

Fl-1999, il-Kumitat ta' Tmexxija Xjentifiku tal-UE approva dawn il-linji gwida u sussegwentement baqa' janalizzahom permezz ta' 4 Opinjonijiet xjentifiċi ad-hoc dwar l-effetti tas-saħħa potenzjali tal-esponiment għall-EMF.

Miżuri leġiżlattivi tal-UE

Ir-Rakkomandazzjoni sservi bħala referenza għar-regoli tal-UE f'oqsma oħra:

Monitoraġġ tal-UE ta’ effetti potenzjali fuq is-saħħa

Il-Kummissjoni qed tissorvelja żviluppi ġodda fir-riċerka dwar l-effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-esponiment għal kampi elettromanjetiċi.

Fuq talba tagħha, il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji Emerġenti għas-Saħħa u dawk Identifikati Reċentement (SCENIHR) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) s'issa ppreżenta 5 Opinjonijiet li jipprovdu analiżi perjodika tal-evidenza xjentifika dwar l-effetti fuq is-saħħa tal-esponiment għall-kampi elettromanjetiċi.

Dawn l-opinjonijiet xjentifiċi Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) ma wasslux għal ġustifikazzjoni xjentifika għar-reviżjoni tal-limiti ta' esponiment (restrizzjonijiet bażiċi u livelli ta' referenza) tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsil 1999/519/KE Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) . Madanakollu, dawn jammettu li d-dejta bażika għall-evalwazzjoni ta’ ċerti riskji għadha limitata, b’mod speċjali għall-esponiment ta’ livell baxx fuq perjodu ta’ żmien twil. Dan ifisser li hi meħtieġa iktar riċerka.

L-aħħar opinjoni ta' SCENIHR, ibbażata fuq aktar minn 700 studju - imwettqa l-aktar wara l-2009 - issa hija disponibbli.

Il-Kummissjoni qassret Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) ukoll diversi opinjonijiet ta' SCENIHR dwar suġġetti li jinkludu l-kampi elettromanjetiċi għal dawk li mhumiex speċjalisti. Dawn huma disponibbli f'4 lingwi.

Azzjoni mill-Parlament Ewropew

Il-Parlament adotta riżoluzzjonijiet Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) dwar il-kampi elettromanjetiċi u jibgħat regolarment mistoqsijiet bil-miktub Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) lill-Kummissjoni.

Azzjoni mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Il-Kumitat (korp konsultattiv tal-UE) reċentement ipproduċa Opinjoni dwar l-ipersensittività elettromanjetika fuq inizjattiva tiegħu stess.

Djalogu bejn il-Partijiet Ikkonċernati

Dan il-grupp iltaqa’ 4 darbiet fl-2011 biex jidentifika l-kwistjonijiet prinċipali għad-diversi partijiet ikkonċernati u biex jagħmlu rakkomandazzjonijiet xierqa. Għal aktar informazzjoni ara l-minuti tal-laqgħat Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) .

L-aktar laqgħa reċenti saret f'Ateni f'Marzu 2014 fis-Sessjoni ta' Ħidma dwar il-kampi elettromanjetiċi u l-effetti fuq is-saħħa: mix-xjenza għall-politika u l-kuxjenza pubblika Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) .