Opinjoni tal-pubbliku

Sa mill-1973, il-Kummissjoni Ewropea ilha żżomm informazzjoni dwar l-evoluzzjoni tal-opinjoni pubblika fl-Istati Membri billi tagħmel stħarriġ mifrux fuq ċittadini minn madwar l-Unjoni Ewropea kollha. F'dan l-istħarrig - Eurobarometer Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) jagħti ħarsa wkoll lejn l-opinjonijiet dwar ir-riskji potenzjali għas-saħħa tal-kampi elettromaġnetiċi.

Stħarriġ ta' Eurobarometer tal-2007pdf dwar ir-riskji potenzjali għas-saħħa tal-kampi elettromaġnetiċi wera madwar l-istess numru ta' nies "imħassba" u dawk "mhux imħassba" - iżda l-maġġor parti taċ-ċittadini Ewropej saħqu li l-awtoritajiet nazzjonali setgħu jaħdmu iktar biex jevitaw ir-riskji potezjali għas-saħħa tal-kampi elettromaġnetiċi u jinfurmaw aħjar lill-pubbliku.

Segwitu tal-istħarriġ ta' Eurobarometer fl-2010pdf (+ Annessipdf) wera tnaqqis żgħir fl-għadd ta' persuni imħassba (46% minflok 48%) iżda wera li il-maġġor parti taċ-ċittadini Ewropej xorta waħda għadhom iħossuhom li l-awtoritajiet nazzjonali setgħu jaħdmu iktar biex jevitaw ir-riskji potezjali għas-saħħa tal-kampi elettromaġnetiċi u jinfurmaw aħjar lill-pubbliku. Din hija talba li kważi nofs dawk li wieġbu indirizzaw ukoll lill-Kummissjoni Ewropea.