Saħħa-e

Politika

Is-Saħħa elettronika:

  • tirreferi għall-għodod u s-servizzi li jużaw it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICTs) li jtejbu l-prevenzjoni, id-dijanjosi, il-kura, il-monitoraġġ u l-ġestjoni.
  • tista' tkun utli għall-komunità kollha billi ttejjeb l-aċċess għall-kura u l-kwalità tal-kura u billi tagħmel is-settur tas-saħħa iktar effiċjenti.
  • tinkludi informazzjoni u skambju ta' dejta bejn il-pazjenti u l-fornituri tas-servizzi tas-saħħa, sptarijiet, professjonisti fil-qasam tas-saħħa u netwerks ta' informazzjoni dwar is-saħħa; rekords elettroniċi dwar is-saħħa; servizzi tat-telemediċina; tagħmir portabbli għall-monitoraġġ tal-pazjent, softwer għall-iskedar tas-sala tal-operazzjonijiet, operazzjonijiet robotizzati u r-riċerka blue-sky dwar il-fiżjoloġija virtwali tal-bniedem.

Għanijiet tal-UE:

  • li ttejjeb is-saħħa taċ-ċittadini billi jkollha informazzjoni li ssalva l-ħajja disponibbli - bejn pajjiżi differenti fejn meħtieġ - bl-użu ta' għodod tas-Saħħa elettronika
  • li żżid l-aċċess għall-kura tas-saħħa u ttejjeb il-kwalità tagħha billi tpoġġi s-Saħħa elettronika bħala parti mill-politika tas-saħħa u tikkoordina l-istrateġiji politiċi, finanzjarji u tekniċi tal-pajjiżi tal-UE.
  • li l-għodod tas-Saħħa elettronika jsiru iktar effettivi, faċli biex tużahom u ġeneralment aċċettati billi jkunu involuti l-professjonisti u l-pazjenti fl-istrateġija, id-disinn u l-implimentazzjoni.

Strateġija għal Suq Uniku Diġitali

Il-KE tadotta l-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa li għandha l-għan li twassal sabiex il-libertajiet tas-suq uniku tal-UE "jsiru diġitali" u jagħtu spinta lit-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fl-UE. L-istrateġija tinkludi t-telemediċina u s-saħħa elettronika, u dan hu pass 'il quddiem fil-promozzjoni tal-interoperabilità u l-istandards ta’ dawn it-teknoloġiji diġitali fl-UE, għall-benefiċċju tal-pazjenti, il-professjonisti tas-saħħa, is-sistemi tas-saħħa u l-industrija.

Direttiva dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali.

L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2011/24/UE, jistabbilixxi Netwerk volontarju ta’ awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-Saħħa elettronika. In-Netwerk dwar is-Saħħa elettronika  se jfassal linji gwida fil-qasam tas-Saħħa elettronika. Hu għandu l-għan li jsaħħaħ l-interoperabilità bejn is-sistemi elettroniċi tas-saħħa u l-kontinwità tal-kura kif ukoll biex jiġi żgurat l-aċċess għal kura tas-saħħa sigura u ta’ kwalità.

Niżviluppaw il-qafas

Dokumenti ewlenin  dwar is-Saħħa elettronika

Azzjonijiet ta' Appoġġ

Nappoġġaw il-proġetti tas-Saħħa elettronika