Koordinazzjoni tal-EU

Ħafna ostakli potenzjali għas-Saħħa-e (is-servizzi elettroniċi fil-qasam tas-saħħa) jistgħu jkunu indirizzati fuq livell nazzjonali u reġjonali (kwstijonijiet ta' rimborż pereżempju), iżda l-koordinazzjoni fuq livell tal-UE tgħin biex tkun żgurata strateġija koerenti.

Is-sigurtà tal-pazjent, it-tmexxija politika, l-involviment tal-professjonisti fil-qasam tas-saħħa u terminoloġija li tiftiehem minn kulħadd huma oqsma fejn il-koordinazzjoni tal-UE hija partikolarment utli.

Fl-istess ħin, l-appoġġ tal-UE għall-proġetti tiżgura li min ifassal il-politika jkun infurmat bl-aħħar żviluppi u tagħrif fil-qasam.

Inizjattivi prinċipali tal-Saħħa-e

It-Teknoloġiji tal-Informatika u tal-Komunikazzjoni

Sforzi biex tkun stimulata t-talba u jitneħħew l-ostakli għas-servizzi tas-Saħħa-e.

Ara: Miżuri tal-UE li jippromwovu l-ICT fil-kura tas-saħħa

Standardizzazzjoni

Is-Saħħa-e ġiet identifikata bħala qasam ta' prijorità fejn hemm bżonn standardizzazzjoni biex jintleħqu l-għanijiet tal-politika.

Ara: Programm ta' Ħidma dwar l-Istandarzizzazzjoni tal-ICT

Riċerka fil-qasam tas-saħħa

Ara: Riċerka fil-qasam tas-saħħa

Appoġġ lir-riċerka

Ħidma biex nifhmu iktar ir-rabta bejn it-teknoloġija, l-ekonomija u s-soċjeta.

Ara: Istitut tal-Istudju tal-Prospettivi Teknoloġiċi tal-UE (IPTS)

Telemediċina

Għodod għall-aċċess remot għall-informazzjoni.

Ara: Alleanza telemedika tal-Aġenzija Spazjali Ewropea

Netwerks ta' telekomunikazzjoni

Bażi tad-dejta li tista' titfittex inklużi l-proġetti tas-servizzi elettroniċi fil-qasam tas-saħħa

Ara: Ten-e - servizzi elettroniċi trans-Ewropej fl-interess tal-pubbliku

Tagħmir mediku

Il-liġi tal-UE dwar l-aċċess għas-suq, ir-relazzjonijiet tal-kummerċ internazzjonali u l-kompetittività

Ara: Tagħmir mediku - Appoġġ tal-UE għall-iżvilupp u l-innovazzjoni

Karta Ewropea għall-assigurazzjoni tas-saħħa

tieħu post il-formoli fuq karta li kien hemm bżonn għall-kura tas-saħħa f'pajjiż ieħor tal-UE.

Ara: Karta Ewropea għall-assigurazzjoni tas-saħħa