Politika

L-abbuż tad-droga huwa problema tas-saħħa pubblika u soċjali ewlenija madwar l-UE kollha kif ukoll f'pajjiżi oħra. Il-maġġoranza tat-tipi ta' użu tad-droga qed jibqgħu fl-istess livell iżda bejn 6,500 u 8,500 mewt fis-sena għadhom relatati mad-droga.

Il-politika dwar id-droga u l-liġi tal-UE

Skont l-Artikolu 168 tat-Trattat ta' Lisbonapdf, l-azzjoni tal-UE għandha tkun indirizzata lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, il-prevenzjoni ta' mard fiżiku u mentali, u t-trażżin ta' sorsi ta' periklu għas-saħħa fiżika u mentali.

L-UE għandha tikkumplementa l-azzjoni tal-Istati Membri fit-tnaqqis tad-dannu għas-saħħa relatat mad-droga, inklużi l-informazzjoni u l-prevenzjoni.

Strateġija Ewropea dwar id-Droga

L-istrateġija dwar id-drogi 2005-2012pdf tfittex li tipproteġi s-saħħa pubblika u tipprowovi l-koeżjoni soċjali billi tipprevjeni u tnaqqas l-użu tad-droga. Tiffoka fuq żewġ dimensjonijiet prinċipali tal-politika dwar id-droga - it-tnaqqis kemm tat-talba kif ukoll tal-provvista - u għandha tliet temi globali: koordinazzjoni, kooperazzjoni internazzjonali u informazzjoni, riċerka u evalwazzjoni.

Pjan ta' azzjoni

Il-pjan ta' azzjoni dwar id-droga tal-UE 2009-2012pdf jistabbilixxi miri ambizzjużi u jidentifika 72 azzjoni biex jonqos l-użu tad-drogi illegali b'mod sinifikanti u b'hekk ukoll jonqos id-dannu soċjali u għas-saħħa marbuta miegħu.

Parir lill-pajjiżi tal-UE

F'rakkomandazzjoni dwar id-dipendenza fuq id-droga (2003), il-Kunsill tal-UE ta' parir lill-pajjiżi membri biex inaqqsu l-imwiet u d-dannu għas-saħħa marbuta mad-droga billi jiżviluppaw strateġiji biex jipprevjenu d-dannu marbut mad-droga.

Il-Kummissjoni ħarġet rapport dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonipdf (2007).

Metodu komprensiv

Ir-rakkomandazzjoni, l-istrateġija u l-pjanijiet ta' azzjoni tal-UE jirrapreżentaw metodu integrat, multidixxiplinarju u bbilanċjat biex jonqsu kemm it-talba kif ukoll il-provvista. Dan jieħu f'konsiderazzjoni:

• livelli differenti ta' riskju assoċjati ma' forom differenti ta' użu tad-droga (pereżempju użu ta' iktar minn tip ta' droga waħda)

• l-età tal-utenti u speċifikazzjonijiet oħra

l-Inizjattiva dwar is-Saħħa taż-Żgħażagħ tal-Kummissjoni Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) .