L-Involviment tas-soċjetà ċivili

Il-problemi ta' droga huma marbuta mill-qrib ma' firxa kbira ta' kwistjonijiet oħra soċjali u ta' saħħa. Azzjoni b'suċċess dwar id-droga tinvolvi firxa wiesa' ta' parteċipanti, u trid tkun appoġġjata mill-komunitajiet fejn qed issir. B'hekk, hemm konsapevolezza dejjem iktar li d-dibattitu tal-politika jrid ikun infurmat permezz ta' djalogu mas-soċjetà ċivili. Għalhekk, ittieħdu għadd ta' azzjonijiet fuq livell tal-UE.

Il-Forum tas-Soċjetà Ċivli dwar id-Droga

Il-Forum tas-Soċjetà Ċivli dwar id-Droga tal-Kummissjoni tal-UE huwa pjattaforma għal skambji informali ta' veduti u informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. L-għan huwa li l-esperjenzi mill-qrib speċifiċi jagħmlu parti:

• mill-proposti futuri tal-Kummissjoni

• mix-xogħol ta' monitoraġġ tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Droga.

Azzjoni Ewropea dwar id-Droga

L-Azzjoni Ewropea dwar id-Droga tistieden individwi, iżda wkoll awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, istituzzjonijiet edukattivi, istituti ta' riċerka, midja u servizzi ta' pubblikazzjoni, assoċjazzjonijiet u NGOs u operaturi ekonomiċi biex jagħmlu impenji konkreti bil-għan li jiżdied l-għarfien dwar id-droga, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ.