Is-sistema tal-istima tar-riskju tal-UE tikkonsisti f'diversi entitajiet indipendenti li jagħtu parir xjentifiku lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet. Dawn l-entitajiet joperaw fl-oqsfa ta' ħidma legali tal-UE li huma kemm speċifiċi u rilevanti. Madankollu, kooperazzjoni mill-qrib hi essenzjali biex tiġi żgurata l-konsistenza fil-mod kif jiġu ttrattati l-kwistjonijiet ta' interess komuni (pereżempju l-istima tar-riskju minħabba sustanzi jew teknoloġiji użati f'diversi applikazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta' aktar minn Aġenzija jew Kumitat Xjentifiku wieħed), u biex jiġu skambjati l-esperjenza u l-aħjar prattiki dwar l-istima tar-riskju.

Il-Kummissjoni Ewropea
Public Health
Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni
- Il-Kummissjoni Ewropea
- Saħħa Pubblika
- Djalogu u kollaborazzjoni
- Risk assessment system of the EU

Djalogu u kollaborazzjoni
Stima tar-riskju u djalogu fil-livell tal-UE
Sistema tal-UE għall-Istima tar-Riskju
Flimkien mat-tliet Kumitati Xjentifiċi
English (en) li ma għandhomx x'jaqsmu mal-ikel immexxijin mid-DĠ SANCO (SCCS, SCHER, SCENIHR), is-sistema għall-Istima tar-Riskju tal-UE tinkludi, fost oħrajn, l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza fl-Ikel (EFSA), l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMA), l-Aġenzija Ewropea tas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), iċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal-Mard (ECDC), l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) u l-Kumitat Xjentifiku dwar il-Limiti tal-Espożizzjoni Professjonali għall-Aġenti Kimiċi ( SCOEL), immexxi mid-DĠ Impjiegi.
Kooperazzjoni tal-UE dwar l-Istima tar-Riskju
Iċ-Ċermans u l-Koordinaturi tal-entitajiet involuti f'attivitajiet ta' stima tar-riskju ddeċidew li jaħdmu flimkien aktar mill-qrib biex jitjiebu l-kwalità, il-komunikazzjoni, l-valur miżjud u r-rikonoxximent tal-istima tar-riskju, u b'hekk jgħinu biex jittejbu d-deċiżjonijiet relatati mal-ġestjoni tar-riskji.
Fl-2005, id-DĠ SANCO nieda laqgħat regolari għaċ-Ċermans u s-Segretarjati tal-Kumitati Xjentifiċi u tal-Bords tal-entitajiet Komunitarji involuti fl-istima tar-riskju
English (en) bħala forum permanenti biex jitwettaq bla tfixkil l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-assessuri tar-riskju.
L-għan hu li jiġu żviluppati l-aħjar prattiki għall-istima tar-riskju li jkopru:
- Strateġija komuni, li jkollha prinċipji ġenerali u involviment mal-partijiet interessati;
- Komunikazzjoni ċara u effettiva billi tintuża terminoloġija konsistenti u ċara, deskrizzjoni ċara tal-iskop u tan-natura tar-riskji, tal-inċertezzi u l-implikazzjonijiet tagħhom;
- Qafas ta' ħidma għall-kooperazzjoni fil-livell tal-UE u internazzjonali li jkun jinkludi proċeduri għall-iskambju ta' dejta u ta' informazzjoni.
Ġranet tal-istima tar-riskju
Biex jieħu sehem fi djalogu mal-Parlament Ewropew u mal-partijiet interessati, id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi regolarment jorganizza sessjonijiet ta' informazzjoni għall-membri u l-istaff tal-Parlament Ewropew, u sessjonijiet ta' djalogu mal-partijiet interessati. L-iskop tal-ġranet tal-istima tar-riskju
English (en) hu li jiġu ppreżentati t-tliet Kumitati Xjentifiċi
English (en) li ma għandhomx x'jaqsmu mal-ikel u l-attivitajiet u r-riżultati tagħhom lil dawn l-udjenzi, u li jitnieda djalogu aktar sostenibbli u strutturat bejniethom.
Parti mill-programm għal dawn il-ġranet hu ddedikat għal laqgħat konġunti bejn it-tliet Kumitati Xjentifiċi.