Politika - Sfidi ġodda għall-istima tar-riskju

L-opinjoni pubblika saret aktar xettika dwar in-newtralità u l-effettività tax-xjenza, u hemm sejħa li dejjem qed tiżdied għal aktar trasparenza.

L-assessuri tar-riskji qed jiffaċċjaw sfidi ġodda, b'mod partikulari billi l-iżviluppi teknoloġiċi fl-oqsma bħan-nanoteknoloġija qabżu l-abbiltà tal-entitajiet ta' riċerka li jiġġeneraw dejta dwar is-sikurezza u tal-assessuri tar-riskji li jadottaw u japplikaw għodod adatti biex jiġu vvalutati riskji ġodda.

Biex is-sistema tal-istima tar-riskju tal-UE tingħata għajnuna ħalli taġixxi għal din il-komplessità, id-DĠ SANCO beda djalogi dwar l-istima tar-riskju. Dawn għamluha possibbli li jiġu identifikati proġetti kollaborattivi fil-qasam tar-riskji li qed jitfaċċaw, metodoloġija u terminoloġija dwar l-istima tar-riskju, stima tal-espożizzjoni u kwistjonijiet u sfidi ġodda għall-istima tar-riskju.