Djalogu internazzjonali dwar l-istima tar-riskju

L-istima xjentifika tar-riskju għandha sehem li internazzjonalment dejjem qed jiżdied fil-governanza dinjija tar-riskji u bħala għodda biex jiġu appoġġati prattiki sostenibbli ta' kummerċ. Ta' spiss tinqala' diverġenza dwar il-politiki u l-misuri tar-riskji, kultant minħabba strateġiji ta' stima tar-riskju differenti. Għalhekk, il-kooperazzjoni internazzjonali f'dan il-qasam hi tal-akbar importanza. Għalkemm diskussjoni u kooperazzjoni formali bejn l-amministrazzjonijiet dwar aspetti partikulari tal-analiżi tar-riskju jseħħu fl-organizzazzjonijiet internazzjonali (pereżempju l-OECD), hemm il-ħtieġa ta' mekkaniżmi aktar flessibbli ta' djalogu u ta' kollaborazzjoni bejn l-assessuri tar-riskji nfushom.

Għal dan l-iskop, id-DĠ SANTE ħa azzjoni biex jorganizza djalogi dwar l-istima tar-riskju li jinvolvu xjentisti fil-livell dinji sabiex jiġi stabbilit djalogu sostenibbli tranżatlantiku dwar l-istima tar-riskju.

Aktar Informazzjoni

Konferenza Internazzjonali dwar l-Istima tar-Riskju Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)