Għodda għall-ġbir tad-dejta

Id-dejta dwar is-saħħa tinġabar prinċipalment permezz ta' stħarriġiet, għalkemm in-netwerks tar-reġistri tal-isptarijiet u tal-mard huma importanti wkoll.

Titjib tal-mekkaniżmi għar-rapportar dwar is-saħħa

Il-Kummissjoni qed taħdem b'mod attiv fuq is-sistema ta' informazzjoni dwar is-saħħa tal-UE, biex tipprovdi dejta ta' kwalità għolja, komparabbli b'mod sħiħ billi jittejbu l-mekkaniżmi għar-rapportar dwar is-saħħa Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) .

Sistema Ewropea għal Stħarriġ dwar is-Saħħa (EHSS)

L-istħarriġiet dwar is-saħħa jiġbru dejta rrapportata b'mod dirett minn persuni waqt stħarriġiet permezz ta' intervisti dwar is-saħħa (HIS) jew stħarriġiet dwar is-saħħa permezz ta' eżaminazzjoni (HES).

Is-sistema Ewropea għal Stħarriġ dwar is-Saħħa (EHSS) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) tkompli l-istampa dwar is-saħħa tal-Ewropej billi żżid dimensjoni suġġettiva għall-indikaturi oġġettivi dwar is-saħħa.

Stħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta' eżaminazzjoni (EHES)

Stħarriġ dwar is-saħħa permezz ta' eżaminazzjoni (HES) hu stħarriġ fost il-popolazzjoni b'miżuri li jmorru lil hinn mid-dejta ta' kwestjonarju (b'intervista jew mimli mill-individwu), bħall-pressjoni tad-demm, il-kampjuni tad-demm, it-testijiet tal-kapaċità funzjonali eċċ.

Dawn jipprovdu informazzjoni kruċjali għall-ippjanar tal-kura tas-saħħa u għall-promozzjoni tas-saħħa li ma tista' tkun akkwistata bi kwalunkwe mod ieħor. Il-Kummissjoni qed tiżviluppa stħarriġ Ewropew dwar is-saħħa permezz ta' eżaminazzjoni Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) .

Netwerks ta' għassa

Netwerks ta' għassa dwar prattika bbażata fuq kura primarja huma sors prezzjuż ta' informazzjoni dwar indikaturi tas-saħħa magħżulin, speċjalment ta' mard li għalih (i) dijanjosi medika professjonali hi importanti u (ii) sorsi ta' dejta oħra huma anqas adatti.

Dawn in-netwerks kapaċi jipprovdu informazzjoni epidemjoloġika dwar mard u kundizzjonijiet magħżulin.

Sistema ta' ġbir ta' informazzjoni għall-attivitajiet fl-isptarijiet

Is-sistema ta' ġbir ta' informazzjoni għall-attivitajiet fl-isptarijiet Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) tikkonsisti prinċipalment fi statistika dwar ħruġ ta' pazjenti mill-isptar.

Dawn jistgħu jagħtu estimi dwar il-piż ikkawżat minn ċertu mard u huma kkunsidrati li juru inċidenza approssimattiva għal ċertu mard.

Titjib ta' reġistri ta' mard speċifiku

Il-Kummissjoni jinħtiġilha għodda bħall-reġistri ta' mard biex tikkalkula l-impatt tal-mard u biex tidentifika dak li hu prijoritarju għall-azzjoni, qabel ma tniedi strateġija.

L-ewwel pass kien it-titjib ta' reġistri ta' mard speċifiku Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) , il-pass li jmiss hu li jiġi stabbilit Netwerk Ewropew tar-Reġistri tal-Mard.