Kura transkonfinali

Politika

Għadd ta' fatturi qed iwasslu biex il-politiki tas-saħħa u s-sistemi tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea jkunu dejjem aktar interkonnessi:

  • Pazjenti li jiksbu kura tas-saħħa f'pajjiżi differenti fl-UE
  • Professjonisti tas-saħħa li jaħdmu f'pajjiżi differenti tal-UE
  • Aspettattivi ogħla għall-kura tas-saħħa
  • Żviluppi ġodda fit-teknoloġiji tas-saħħa.

Sfidi

Il-provvediment ta' regoli ċari u informazzjoni affidabbli lill-pazjenti dwar l-aċċess u r-rimborż għall-kura tas-saħħa miksuba f'pajjiż ieħor tal-UE. Il-"punti ta' kuntatt nazzjonali" l-ġodda se jagħmlu dan.

Is-sodisfazzjon tal-aspettattivi tal-pazjenti għal kura tas-saħħa tal-ogħla kwalità, li huma saħansitra ogħla meta jfittxu kura barra minn pajjiżhom. L-informazzjoni mogħtija mill-punti ta' kuntatt nazzjonali dwar il-kwalità tal-kura tas-saħħa u s-sikurezza tal-pazjenti tgħinhom jagħmlu għażliet infurmati qabel ma jsiefru għall-kura tas-saħħa.

L-iżgurar li l-pajjiżi tal-UE jaħdmu flimkien mill-qrib fl-interess tal-pazjenti.

L-eliminazzjoni ta' snin ta' inċertezzi legali. Ir-regoli l-ġodda jsibu wkoll bilanċ bejn iż-żamma tas-sostenibilità tas-sistemi tal-kura tas-saħħa filwaqt li jiġu mħarsa d-drittijiet tal-pazjenti li jfittxu kura tas-saħħa barra minn pajjiżhom.

Leġiżlazzjoni tal-UE

Id-Direttiva 2011/24/UE dwar id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali tiċċara r-regoli dwar l-aċċess għall-kura tas-saħħa f'pajjiż ieħor tal-UE, inkluż ir-rimborż.
Il-pajjiżi tal-UE kellhom ċans sal-25 ta' Ottubru 2013 biex jgħaddu liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva.

F'Settembru 2015, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat rapport dwar il-funzjonament tad-Direttiva .

F’Ottubru 2016 il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat rapport tad-dejta dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva Transkonfinali  fl-Istati Membri (verżjoni aġġornata - is-27 ta’ Ottubru 2016).

Aktar informazzjoni

Stqarrijiet għall-istampa
Dikjarazzjoni mill-Kummissarju għas-Saħħa, Tonio Borg, dwar id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Pazjenti fil-qasam tal-Kura tas-Saħħa Transkonfinali

Mistoqsijiet u tweġibiet
Il-mistoqsijiet tiegħek dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali

Punt ta' kuntatt nazzjonali
Meta jkollok bżonn tkun taf dwar l-applikazzjoni ta’ drittijietek għall-aċċess għall-kura tas-saħħa f’pajjiż ieħor tal-UE, ikkonsulta l-portal l-Ewropa tiegħek fit-taqsima Saħħa.
Jekk jogħġbok ikkuntattja Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali  f’pajjiżek għal aktar informazzjoni dettaljata.

Filmat

 

Ara l-filmat 

Fuljett
"Qabel titlaq ara li tkun infurmat"