Qafas leġiżlattiv

F'ċerti każi, jaf tkun tixtieq tikseb kura medika barra minn pajjiżek:

  • jekk tgħix ħdejn il-fruntiera u l-isptar, it-tabib jew persunal ieħor fil-pajjiż ġar tiegħek huma aktar viċin tiegħek
  • jekk ikollok tistenna wisq biex tikseb il-kura f'pajjiżek
  • jekk għandek bżonn kura speċjalizzata.

Regoli ġodda dwar il-kura u r-rimborż

F'dawn l-aħħar snin, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE ħarġet sentenzi li jikkonfermaw id-dritt tal-pazjenti li jkollhom kura barra pajjiżhom u li jkunu rimborżati taħt ċerti kundizzjonijiet, iżda r-regoli applikabbli għadhom mhux ċari.

Id-Direttiva 2011/24/UE dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinalipdf tiċċara dawn ir-regoli.  Minbarra dan:

  • toħloq netwerk ta' punti ta' kuntatt nazzjonali biex jipprovdu informazzjoni ċara u preċiża dwar il-kura tas-saħħa bejn pajjiżi differenti
  • tgħin lill-pajjiżi tal-UE jaqsmu l-esperjenzi tagħhom dwar kif jipprovdu lill-pazjenti bl-aħjar kura possibbli, pereżempju bl-użu ta' teknoloġiji ġodda tas-saħħa.
  • toħloq regoli tal-UE dwar lista minima ta’ elementi li għandhom jiġu inklużi f’riċetta medika ta' pazjent li jivvjaġġa minn pajjiż għall-ieħor fl-UE (riċetta medika transkonfinali).

Qabel tmur għall-kura ta' saħħtek f'pajjiż ieħor...

Għandek:

  • tkun taf it-termini u l-kundizzjonijiet li japplikaw kemm għall-kura li se tirċievi kif ukoll dwar ir-rimborż li int intitolat għalih
  • tkun informat tajjeb dwar il-kwalità u s-sikurezza tal-kura tas-saħħa offruta f'dak il-pajjiż
  • tkun taf kif tagħmel ilment u ssib soluzzjonijiet xierqa f'każ li jkollok xi problema
  • tikseb aktar informazzjoni dwar drittijietek għall-aċċess għall-kura tas-saħħa f’pajjiż ieħor tal-UE mill-portal l-Ewropa tiegħek
  • tikkuntattja lil Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) f’pajjiżek.