Kooperazzjoni bejn il-laboratorji tal-UE

It-theddid serju bħall-influwenza pandemika tista' tolqot pajjiżi differenti, u hi meħtieġa azzjoni fil-livell tal-UE biex jiġu dijanjostikati u identifikati l-patoġeni. F'każijiet simili, il-laboratorji fl-UE għandhom jaħdmu id f'id, sabiex jiġu evalwati r-riskji u t-theddid għas-saħħa jiġu ġestiti b'mod effettiv.

Laboratorji ta' referenza għall-patoġeni umani

Ħafna pajjiżi tal-UE għandhom "laboratorji nazzjonali ta' referenza", speċjalizzati f'patoġeni speċifiċi u magħżulin għall-eċċellenza fil-qasam ta' attività speċifika tagħhom. Dawn jipprovdu sorveljanza u dijanjostika ta' kwalità għolja ta' patoġeni umani differenti - aġenti infettivi bħall-vajrusijiet u l-batterji li joħolqu l-mard fil-bniedem.

Ir-rwol tal-UE

L-UE tgħin lill-istati membri jsaħħu l-kapaċità tal-laboratorji tagħhom u qed teżamina metodi kif tgħin toħloq netwerk aħjar ta' laboratorji nazzjonali speċjalizzati fil-patoġeni umani fil-livell tal-UE.

Il-Kummissjoni, in-Netwerk tal-UE għas-sorveljanza epidemjoloġika u l-kontroll tal-mard li jittieħed Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) , iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) u l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi (EAHC) qed jaħdmu flimkien mal-gvernijiet nazzjonali biex iħeġġu s-sorveljanza madwar l-Ewropa tal-mard infettiv.

Il-Kumitat tas-Sigurtà tas-Saħħa tal-UE jgħin ukoll itejjeb il-kooperazzjoni tal-laboratorji u n-netwerking.

Tista' ssib iktar informazzjoni fil-pożizzjoni komuni tal-Kummissjoni u l-ECDC tal-2011 dwar il-laboratorji tal-patoġeni umani Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) .

Proġetti

Il-Programmi tas-Saħħa 2003-08 Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) u 2008-13 Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) :

  • għamlu t-titjib tas-sigurtà tas-saħħa taċ-ċittadini l-ogħla prijorità.
  • sejħu għal kooperazzjoni fid-dijanjosi bejn il-laboratorji fil-pajjiżi membri tal-UE.
  • sejħu għal appoġġ għal-laboratorji eżistenti li qed jagħmlu xogħol rilevanti għall-isforzi tal-UE biex iwaqqfu netwerk ta' laboratorji ta' referenza.

L-ECDC u l-EACH qed jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn il-laboratorji Ewropej u l-bini tal-kapaċità Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) billi jappoġġaw firxa wiesgħa ta' proġetti madwar l-UE Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) .

Eżerċizzji

Il-Kummissjoni torganizza eżerċizzji dwar kwistjonijiet speċifiċi tal-laboratorji biex ittejjeb it-tħejjija ġenerika Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) u l-bini tal-kapaċità Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) operattiva.

Netwerking

L-awtoritajiet tas-saħħa pubblika stabbilixxew diversi netwerks ta' kooperazzjoni bejn il-laboratorji Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) li jkopru oqsma speċifiċi tas-saħħa - fil-livell tal-UE u bejn ċerti pajjiżi membri.

In-netwerks jagħmluha possibbli biex tinxtered l-informazzjoni malajr, u biex jiġi mmonitorjat u dijanjostikat it-theddid għas-saħħa.