Id-deni tad-Dengue f'Madejra – Parir dwar is-saħħa għall-vjaġġanti

Id-deni tad-DengueMill-bidu ta' Ottubru 2012 'l hawn, ġew irrapportati każijiet tad-deni tad-dengue fost ir-residenti tar-Reġjun Awtonomu ta' Madejra (il-Portugall) u l-vjaġġanti li żaru l-ġżira. Id-deni tad-dengue hu kkawżat minn vajrus li jittieħed mill-gdim tan-nemus matul il-ġurnata. Ir-residenti u l-vjaġġanti li jżuru l-gżira ta' Madejra qed jingħataw il-parir biex jieħdu miżuri ta' protezzjoni individwali biex jevitaw il-gdim tan-nemus. Miżuri protettivi għandhom jiġu applikati matul il-ġurnata kollha. L-Awtoritajiet tas-Saħħa Portugiżi ħarġu avviż lir-residenti u l-vjaġġanti Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) português (pt) .

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard jirrikkmanda lill-vjaġġanti, li qed jesperjenzaw sintomi bħal dawk li jitfaċċaw matul l-influwenza jew uġigħ ta' ras qawwi, uġigħ wara l-għajnejn, uġigħ fil-muskoli u fil-ġogi u raxx fi żmien 21 ġurnata minn mindu żaru Madejra, biex jingħataw parir mediku.

Informazzjoni aġġornata dwar l-iżvilupp tat-tfaqqigħ tinsab disponibbli fil-websajt tal-ECDC, id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa Portugiż u l-Istitut għall-Amministrazzjoni tas-Saħħa u l-Affarijiet Soċjali, IP – Ir-Reġjun Awtonomu ta' Madejra.