Koordinazzjoni ta' Twissija u Reazzjoni Bikrija fuq il-livell tal-UE

It-tifqigħ tal-mard u l-mikrobi ma jafux bi fruntieri u jistgħu jinfirxu malajr jekk ma tittiħidx azzjoni f'waqtha. Ir-reazzjonijiet tal-UE jridu jkunu f'waqthom u kkordinat f'każ ta' tifqigħa.

Is-Sistema ta' Twissija u Reazzjoni Bikrija (EWRS)

L-EWRS hija sistema kompjuterizzata kunfidenzjali li tippermetti lill-Istati Membri jibagħtu twissija dwar avvenimenti li jista' jkollhom impatt fuq l-UE, jiskambjaw informazzjoni u jikkoordinaw ir-reazzjoni tagħhom. Is-sistema kienet użata b'suċċess matul it-tifqigħ preċendenti tas-SARS, l-Influwenza Pandemika A(H1N1) u mard ieħor li jittieħed.

Deċiżjoni tal-UE u għadd ta' deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) jirregolaw l-iskambju tal-informazzjoni