Politika

Id-dokument ta' ħidma dwar l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq saħħet il-bniedem, l-annimali u l-pjantipdf(435 KB) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) tal-Kummissjoni jispjega:

  • kif it-tibdil fil-klima se jaffettwa saħħet il-bniedem, l-annimali u l-pjanti
  • x'azzjoni għandha tittieħed mill-UE u mill-pajjiżi membri bħala respons għal dawn it-tibdiliet
  • liema strumenti u fondi huma diġà disponibbli biex jiġu ttrattati l-isfidi li se jinħolqu.

Dan id-dokument kien żviluppat abbażi tal-punti prinċipali wesgħin tal-White Paper dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)

Saħħet il-bniedem

It-tibdil fil-klima se jkollu:

  • effetti diretti fuq saħħet il-bniedem, pereżempju tibdiliet fl-inċidenza tal-mard trasmess mill-insetti (in-nemus u l-qurdien)
  • effetti indiretti, pereżempju permezz ta' tibdiliet fil-kwalità tal-ilma u tal-arja, jew l-impatti minn kundizzjonijiet ta' klima estrema

Il-pajjiżi tal-UE huma mitluba jikkooperaw biex jaġixxu b'mod aktar effettiv f'dan il-kuntest. Il-pjan tal-istat ta' preparazzjoni Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) ġie rivedut biex jikkunsidra t-tibdil fil-klima, u se jkun ittestjat għar-respons u l-koordinazzjoni bejn il-pajjiżi, b'enfasi partikulari fuq il-pjanijiet nazzjonali tal-istat ta' preparazzjoni.

Saħħet l-annimali

Żviluppi reċenti jindikaw li t-tibdil fil-klima għandu impatt fuq saħħet l-annimali bħad-dehra fl-2006 tal-marda Bluetongue li tinġarr minn nemus u l-firxa tagħha sal-Iżvezja - li tmur lil hinn miż-żona tradizzjonalment magħrufa tad-distribuzzjoni tagħha.

L-Istrateġija l-ġdida Komunitarja dwar Saħħet l-Annimali tiffoka fuq il-prevenzjoni aktar milli fuq ir-reazzjoni tal-mard tal-annimali. Il-pjan ta' Azzjoni tagħha jikkunsidra l-influwenza tat-Tibdil fil-Klima fuq Saħħet l-Annimali.

Sistema ta’ Informazzjoni ġdida dwar il-Mard tal-Annimali (ADIS) qed tkun żviluppata biex jittejjeb il-ġbir tad-dejta epidemjoloġika. It-tisħiħ tas-sorveljanza tal-mard tal-annimali u t-twaqqif ta' aktar banek ta' tilqim għal ċertu mard tal-annimali se jagħmilha possibbli għall-ġestjonarji tar-riskji biex iwieġbu aħjar għas-sitwazzjonijiet ta' mard li qed jitfaċċa.

Saħħet il-pjanti

It-tibdiliet minħabba l-impatt tal-klima fuq is-suxxettibilità tal-pjanti fir-rigward tal-insetti li jeqirduhom u l-mard. Barra minn hekk, sjuf aktar sħan u xtiewi iqsar b'mod ġenerali jirriżultaw f'żieda fil-popolazzjoni ta' organiżmi li jagħmlu l-ħsara u fl-estensjoni tal-firxa ġeografika tagħhom, u jġiegħlu oħrajn ġodda jistabbilxxu ruħhom fl-UE. Il-prodotti tar-raba' magħżula għall-kultivazzjoni se jinbidlu wkoll bħala respons għat-tibdil fil-klima, li jwasslu opportunitajiet ġodda għall-insetti u l-mard.

Is-sistema attwali tal-UE dwar saħħet il-pjanti – li attwalment qed tiġi riveduta – qed tenfasizza l-kwarantina fil-ġlieda kontra l-insetti li jagħmlu ħsara u l-mard li jistgħu jħallu impatt fuq l-agrikoltura, il-foresti u l-ambjent naturali. Strateġija ġdida għal saħħet il-pjanti se tkun żviluppata biex jiġu indirizzati aħjar, fost affarijiet oħra, il-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar saħħet il-pjanti.

Kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali

Il-Kummissjoni qed tikkoopera mill-qrib mal-organizzazzjonijiet internazzjonali bħad-WHO (l-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa), OIE (l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali), IPPC (il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti) u FAO (l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ikel u l-Agrikoltura).

Promozzjoni u appoġġ

Il-Programm tal-Kummissjoni għas-Saħħa Pubblika jagħti fondi lill-proġetti Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) u inizjattivi oħra li jindirizzaw il-problema tat-tibdil fil-klima.

Il-Kummissjoni tipprovdi fondi għal azzjoni nazzjonali ta' sorveljanza u għal miżuri ta' informazzjoni (dwar it-tniġġis fl-ibliet, l-emissjoni u l-istaġunalità tal-allerġen, l-esponiment għar-raġġi ultravjola, eċċ).

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) għandu diversi proġetti relatati mat-tibdil fil-klima, notevolment in-Netwerk E3, li joħloq mudelli u mapep ta' diversi tipi ta' riskji ta' mard li jittieħed.

Ir-riċerka b'fondi mill-UE dwar mard li qed jitfaċċa għaddejja wkoll taħt is-7 Programm ta' Qafas (ARBO-ZOONET)