Għalkemm ir-riċerka mhix ħafna, evidenza ppublikata s'issa tindika li temp estrem jista' jħalli effetti severi u dewwiema fuq is-saħħa.
White Paper dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima tal-Kummissjoni tagħti fil-qosor sensiela ta' kontromiżuri li għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni u mill-membri tal-gvernijiet, inklużi:
- l-iżvilupp ta' strumenti biex jiġi sorveljat u mbassar temp estrem
- il-ħolqien ta' mudelli ta' impatti fuq is-saħħa
- l-integrazzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni għas-saħħa f'temp estrem fl-istrateġiji nazzjonali ta' adattament għat-tibdil fil-klima

