Demm, tessuti u organi

Organi

Id-disponibbiltà ta' organi ta' donaturi spiss hija kwistjoni ta' ħajja jew mewt għall-pażjenti li jkollhom bżonn trapjant. Issa li t-trapjanti saru teknika komuni, wieħed mill-fatturi prinċipali li jillimita l-għadd ta' trapjanti huwa n-nuqqas ta' organi.

Il-Komunikazzjoni dwar id-donazzjoni u t-trapjanti tal-organi adottata mill-Kummissjoni fl-2007, u l-valutazzjoni tal-impatt , identifikaw l-isfidi politiki ewlenin għad-donazzjoni u t-trapjant tal-organi. Dawn jinkludu:

  • l-iżgurar tal-kwalità u s-sigurtà tal-organi umani
  • iż-żieda fid-disponibbiltà tal-organi
  • it-titjib fl-effiċjenza u l-aċċessibbiltà tas-sistemi tat-trapjanti fl-UE

Konsultazzjoni pubblika uriet l-appoġġ mifrux għall-inizjattivi tal-UE f'dan il-qasam.

F'Diċembru 2008, il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva li tiddefinixxi l-ħtiġijiet ta' kwalità u sigurtà tal-organi umani għat-trapjant, u pjan ta' azzjoni  biex itejjeb il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw id-Direttiva dwar l-istandards ta' kwalità u sigurtà tal-organi umani għat-trapjant  fis-7 ta' Lulju 2010. Din tistabbilixxi l-ħatra ta' Awtoritajiet Kompetenti fl-Istati Membri kollha, l-awtorizzazzjoni ta' ċentri u attivitajiet ta' akkwist u trapjant, is-sistemi ta' traċċabbiltà, kif ukoll ir-rappurtaġġ ta' avvenimenti jew reazzjonijiet avversi serji. Barra minn hekk, id-Direttiva se tistabbilixxi l-ħtiġijiet għat-trasport sikur tal-organi u għall-karatterizzazzjoni ta' kull donatur u organu. L-Istati Membri għandhom jittrasponu l-ħtiġijiet tad-Direttiva sas-27 ta' Awwissu 2012.

Applikazzjonijiet mediċi 

Leġiżlazzjoni u linji gwida 

Implimentazzjoni/attivitajiet 

Organizzazzjonijiet u gruppi ta' interess