Politika

Il-ħsara marbuta mal-alkoħol hi preokkupazzjoni serja għas-saħħa pubblika fl-UE u hi responsabbli għal aktar minn 7% tal-mard kollu u tal-imwiet prematuri. Anki l-konsum moderat tal-alkoħol ikabbar ir-riskju aktar 'il quddiem tal-kundizzjonijiet tal-qalb, il-mard tal-fwied u l-kanċer u konsum frekwenti ta' ammonti kbar jista' jwassal għal dipendenza.

Kull ammont ta' alkoħol jista' jkun perikoluż matul it-tqala u waqt is-sewqan. Iż-żgħażagħ għandhom partikularment ir-riskju tal-effetti immedjati tax-xorb, inklużi l-aċċidenti u l-vjolenza, bl-imwiet ikkawżati mill-alkoħol jammontaw għal madwar 25% tal-imwiet ta' żgħażagħ irġiel bl-età bejn il-15 u d-29 sena.

Strateġija tal-UE dwar l-alkoħol

Koordinazzjoni

Promozzjoni u appoġġ