Il-Forum tal-UE dwar l-Alkoħol u s-Saħħa

Il-Forum tal-UE dwar l-Alkoħol u s-Saħħa hu pjattaforma fejn l-entitajiet attivi fil-livell Ewropew jistgħu jiddibattu, iqabblu l-istrateġiji u jaġixxu biex jittrattaw il-ħsara marbuta mal-alkoħol.

Sħubija

Biex isiru membri tal-Forum Ewropew dwar l-Alkoħol u s-Saħħa, l-organizzazzjonijiet għandhom jissodisfaw ċerti rekwiżiti u jieħdu impenn speċifiku wieħed jew aktar ta' azzjoni.

Aktar informazzjoni dwar il-Forum Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)

Gruppi ta’ ħidma

  • Grupp ta' ħidma għall-aspetti tal-alkoħol relatati maż-żgħażagħ Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) – l-iżvilupp ta' strateġiji ta' prattiki tajba biex jiġu indirizzati x-xorb minn żgħażagħ taħt l-età, l-edukazzjoni u l-awtorizzazzjoni taż-żgħażagħ, il-promozzjoni ta' bejgħ u ta' servizz responsabbli, u l-protezzjoni taż-żgħażagħ mill-konsegwenzi tal-abbuż tal-alkoħol minn persuni oħrajn.
  • Grupp ta' ħidma għall-komunikazzjoni tat-tqegħid fis-suq Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) – l-eżaminazzjoni tal-inizjattivi relatati mar-regolamenti u l-prattika tat-tqegħid fis-suq ta' xorb alkoħoliku.
  • Grupp xjentifiku Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) – joffri gwida xjentifika lix-xogħol tal-Forum.