Xjuħija

Il-politika

Għas-soċjetajiet Ewropej ix-xjuħija hi waħda mill-isfidi soċjali u ekonomiċi kbar tas-seklu 21. Hi se taffettwa lill-pajjiżi tal-UE kollha u l-parti l-kbira tal-oqsma politiċi.

Sal-2025 iktar minn 20% tal-Ewropej se jkollhom 65 sena jew iktar, b'żieda partikularment għolja fl-għadd ta' persuni 'il fuq mit-80 sena.

Billi l-anzjani għandhom ħtiġijiet ta' kura tas-saħħa differenti, is-sistemi tas-saħħa se jkollhom jadattaw lilhom infushom biex ikunu jistgħu jipprovdu kura xierqa u jibqgħu sostenibbli finanzjarjament.

Il-Partenarjat Ewropew għall-Innovazzjoni dwar Anzjanità Attiva u f'Saħħitha

Potenzjalment l-Ewropa tista' tkun mexxej dinji fir-respons innovattiv.

L-iskema pilota Il-Partenarjat Ewropew għall-Innovazzjoni dwar anzjanità attiva u f'saħħitha  għandha l-għan li sal-2020 iżżid il-medja tat-tul ta' ħajja f'saħħitha fl-UE b'sentejn.

Is-snin ta' ħajja f'saħħitha huma l-għadd ta' snin li persuna ta' ċerta età tistenna li tgħix mingħajr mard.

Dan jidher permezz tal-indikatur tas-snin ta' ħajja f'saħħitha  tal-UE, li jikkombina l-prospetti sempliċi tal-ħajja (mortalità) flimkien mal-qagħda tas-saħħa (diżabilità).

Miżuri oħra tal-UE