Il-moviment liberu tal-persuni bejn l-Istati Membri huwa wieħed mill-għanijiet bażiċi ta’ l-Unjoni Ewropea. Id-dritt li wieħed jiċċaqlaq minn post għal ieħor b'mod liberu jfisser li kull ċittadin ta' l-UE jista' jivvjaġġa bla xkiel u jissetilja fejn irid fil-Komunità. Għaldaqstant, iċ-ċittadini ta’ l-UE huma intitolati għal ċerti drittijiet, benefiċċji u salvagwardji fejn għandhom x’jaqsmu l-kura tas-saħħa, ix-xiri u t-tranżazzjonijiet privati.
Sondaġġi li saru dan l-aħħar juru li ċ-ċittadini Ewropej huma konfidenti fiċ-ċaqliq minn post għal ieħor bla xkiel fi ħdan il-Komunità. Madankollu, tista’ tiżdied il-kuxjenza fost iċ-ċittadini dwar il-liġijiet fis-seħħ li jiżguraw li drittijiethom jitħarsu u jiġu ssodisfati meta jkunu qegħdin jivvjaġġaw.
L-Unjoni Ewropea qed tagħmel sforzi sabiex tiżgura li dawn id-drittiet jitħarsu ħalli taċċerta li jkun hemm livell għoli ta’ protezzjoni għaċ-ċittadini kollha ta’ l-UE meta dawn ikunu qegħdin jivvjaġġaw. Huwa importanti li xewqithom li jgħixu b’saħħithom u bla perikli u li jkollhom kunfidenza fil-prodotti u s-servizzi li jixtru kull fejn jinzertaw ikunu fl-EU tiġi inkoraġġita.
L-avviżi bl-aħbarijiet u l-avvenimenti ta' Saħħa-UE jiġu ġġenerati awtomatikament fuq kriterji pprovduti mill-Kummissjoni Ewropea. Jista jkun fihom xi żbalji ta' klassifikazzjoni.