Mogħdija tan-navigazzjoni

Ibgħat lil ħabib
google +
Verżjoni għall-istampar

It-Tabakk

It-Tabakk

It-tipjip huwa l-akbar kawża ta' mewt evitabbli fl-UE. B'żieda fl-għarfien tal-effetti ħżiena tiegħu, l-UE qed taħdem biex tipprevjeni milli n-nies jibdew ipejpu, tgħin lil min ipejjep jaqta' s-sigaretti, tipproteġi lin-nies mill-espożizzjoni għad-duħħan tat-tabakk u tagħmel ristrizzjoni tar-reklami u l-marketing.

Minkejja l-progress konsiderevoli, in-numru ta' persuni li jpejpu fl-UE għadu għoli - madwar terz tal-popolazzjoni - u problemi tas-saħħa relatati jinkludu madwar 695,000 mewt kull sena konnessi mat-tipjip. Madwar nofs tal-persuni li qed imutu għandom bejn 35 u 69 sena - 'l isfel sew mill-aspettattiva medja ta’ ħajja. Hekk kif il-kuxjenza tikber, gruppi vulnerabbli kontinwament qed jimponu protezzjoni minn mard, diżabilità u mewt li jistgħu jirriżultaw minn espożizzjoni mid-duħħan tat-tabakk.

Il-miżuri leġiżlattivi, il-finanzjament ta' proġetti għall-kontroll tat-tabakk u l-kampanji ta' tagħrif huma attivitajiet prinċipali tal-UE f'dan il-qasam. Dawn jiġu indirizzati f'qafas ta' strateġija komprensiva. L-UE integrat il-kontroll tat-tabakk f'firxa ta' politiki oħra tal-UE bħal per eżempju l-politika ta' tassazzjoni u l-politika agrikola. Għandha rwol attiv fil-kontroll globali tat-tabakk, notevolment permezz tal-Qafas ta' Konvenzjoni dwar il-Kontroll tat-Tabakk (l-ewwel Trattat internazzjonali dwar is-saħħa li qatt sar) li jimpenja lill-pajjiżi minn madwar id-dinja biex jaħdmu għat-tnaqqis tal-imwiet u mard relatati mat-tipjip u jipprovdi qafas għal miżuri ta' kontroll tat-tabakk li qed isiru aktar stretti.

Temi dwar is-saħħa: Minn A sa Z

L-avviżi bl-aħbarijiet u l-avvenimenti ta' Saħħa-UE jiġu ġġenerati awtomatikament fuq kriterji pprovduti mill-Kummissjoni Ewropea. Jista jkun fihom xi żbalji ta' klassifikazzjoni.